Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0142

    Kawża C-142/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Jász-Nagykun-Szolnok Megyei Bíróság (l-Ungerija) fit- 23 ta’ Marzu 2011 — Péter Dávid vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Észak-alföldi Regionális Adó Főigazgatósága

    ĠU C 179, 18.6.2011, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.6.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 179/10


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Jász-Nagykun-Szolnok Megyei Bíróság (l-Ungerija) fit-23 ta’ Marzu 2011 — Péter Dávid vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Észak-alföldi Regionális Adó Főigazgatósága

    (Kawża C-142/11)

    2011/C 179/17

    Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

    Qorti tar-rinviju

    Jász-Nagykun-Szolnok Megyei Bíróság

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Péter Dávid

    Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Észak-alföldi Regionális Adó Főigazgatósága.

    Domandi preliminari

    (1)

    Id-dispożizzjonijiet dwar it-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (1), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2001/115/KE (2), tal-20 ta’ Diċembru 2001 (iktar ’il quddiem is-“Sitt Direttiva”), u fir-rigward tas-sena 1997, tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (3), jistgħu jiġu interpretati fis-sens li jippermettu lill-awtorità tat-taxxa — billi tibbaża ruħha fuq ir-responsabbiltà oġġettiva — tirrestrinġi jew teskludi d-dritt għal tnaqqis, fir-rigward tal-persuna taxxabbli li qed titlob li teżerċita dan id-dritt, meta l-persuna li toħroġ il-fattura ma tistax tipprova li ntużaw sottokuntratturi oħrajn b’mod konformi mal-liġi?

    (2)

    Jekk l-awtorità tat-taxxa ma tikkontestax ir-realtà tat-tranżazzjoni ekonomika indikata fil-fattura, u l-fattura tikkorrispondi sostanzjalment mad-dispożizzjonijiet legali, din l-awtorità tista’ legalment teskludi l-irkupru tal-VAT minħabba li s-sottokuntratturi li uża min ħareġ il-fattura ma humiex identifikabbli, jew li l-fatturi maħruġa minn dawn tal-aħħar huma irregolari?

    (3)

    L-awtorità tat-taxxa li teskludi d-dritt għal tnaqqis skont il-punt 2 għandha l-obbligu li tipprova matul il-proċedura fiskali li l-persuna taxxabbli li qed tinvoka d-dritt tagħha għal tnaqqis kienet taf bl-aġir irregolari — li jista’ jkun li kien intiż biex tiġi evitata t-taxxa — tal-impriżi li jinsabu ’l isfel fil-katina tas-sottokuntrattar, jew li hija stess ikkontribwiet għal dan l-aġir?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23.

    (2)  Direttiva tal-Kunsill 2001/115/KE, tal-20 ta’ Diċembru 2001, li temenda d-Direttiva 77/388/KE bil-għan li tissimplifika, timmodernizza u tqabbel il-kondizzjonijiet stabbiliti biex tinħareġ il-fattura rigward it-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 352).

    (3)  ĠU L 347, p. 1.


    Top