Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CB0278

Kawża C-278/11 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat- 12 ta’ Lulju 2012 — Densmore Ronald Dover vs Il-Parlament Ewropew (Appell — Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tad-deputati Ewropej — Stħarriġ tal-użu tal-allowances — Allowance ta’ assistenza parlamentari — Ġustifikazzjoni tal-ispejjeż — Irkupru tas-somom imħallsa indebitament)

ĠU C 366, 24.11.2012, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/18


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Lulju 2012 — Densmore Ronald Dover vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża C-278/11 P) (1)

(Appell - Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tad-deputati Ewropej - Stħarriġ tal-użu tal-allowances - Allowance ta’ assistenza parlamentari - Ġustifikazzjoni tal-ispejjeż - Irkupru tas-somom imħallsa indebitament)

2012/C 366/30

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Densmore Ronald Dover (rappreżentanti: D. Vaughan QC, M. Lester, Barrister u R. Collard, Solicitor)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: D. Moore u M. Windisch, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 — Dover vs Il-Parlament Ewropew (T-149/09) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat parzjalment id-deċiżjoni tas-segretarju ġenerali tal-Parlament Ewropew, tad-29 ta’ Jannar 2009, li jiġu rkuprati ċerti somom indebitament imħallsa lill-appellant bħala spejjeż u allowances parlamentari

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Densmore Ronald Dover huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 252, 27.08.2011


Top