Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0185

    Kawża C-185/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas- 26 ta’ Jannar 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja — Direttivi 73/239/KEE u 92/49/KEE — Traspożizzjoni żbaljata u mhux kompluta)

    ĠU C 73, 10.3.2012, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.3.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 73/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-26 ta’ Jannar 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

    (Kawża C-185/11) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja - Direttivi 73/239/KEE u 92/49/KEE - Traspożizzjoni żbaljata u mhux kompluta)

    2012/C 73/09

    Lingwa tal-kawża: is-Sloven

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K.-Ph. Wojcik, M. Žebre u N. Yerrell, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentant: A. Vran, aġent)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 56 u 63 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Ksur tal-Artikolu 8(3) tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE, tal-24 ta’ Lulju 1973, dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju tal-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 14) u tal-Artikoli 29 u 39 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja u temenda d-Direttivi 73/239/KEE u 88/357/KEE (it-tielet Direttiva dwar assigurazzjoni mhux tal-ħajja) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 346)

    Dispożittiv

    (1)

    Billi ttrasponiet b’mod żbaljat u mhux komplut fl-ordinament ġuridiku nazzjonali l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE, tal-24 ta’ Lulju 1973, dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju tal-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja, kif emendata bid-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Novembru 2005, u d-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja u temenda d-Direttivi 73/239/KEE u 88/357/KEE (it-tielet Direttiva dwar assigurazzjoni mhux tal-ħajja), kif emendata bid-Direttiva 2005/68, ir-Repubblika tas-Slovenja naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 73/239 kif ukoll taħt l-Artikoli 29 u 39 tad-Direttiva 92/49.

    (2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    (3)

    Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Slovenja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


    (1)  ĠU C 269, 10.09.2011.


    Top