Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0270

Kawża T-270/10: Rikors ippreżentat fit- 8 ta’ Ġunju 2010 — Conceria Kara vs UASI — Dima (Karra)

ĠU C 221, 14.8.2010, p. 54–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/54


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2010 — Conceria Kara vs UASI — Dima (Karra)

(Kawża T-270/10)

()

2010/C 221/87

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Conceria Kara Srl (Trezzano sul Naviglio, l-Italja) (rappreżentanti: P. Picciolini, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dima — Gida Tekstil Deri Insaat Maden Turizm Orman Urünleri Sanayi Ve Ticaret Ltd Sti

Talbiet tar-rikorrenti

l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell, tad-29/03/10, li ddeċidiet fuq ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-UASI fir-rigward tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru B 1 171 453 ta’ Conceria Kara kontra l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5 346 457.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: DIMA — TEKSTIL DERI INSAAT MADEM TURIZM ORMAN URÜNLERE SANAYI VE TICARET LTD. STI.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “KARRA”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 9, 18, 20, 24, 25 u 35.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade marks figurattivi Taljani “KARA” (Nru 765 532, għal prodotti fil-klassi 35, u Nru 761 972, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 18 u 25), it-trade mark figurattiva Komunitarja Nru 887 810 (“KARA”), għal prodotti, fost oħrajn, fil-klassijiet 18 u 25, u l-isem kummerċjali tal-kumpannija Taljana “CONCERIA KARA S.R.L.”, li l-użu tiegħu huwa invokat fir-rigward tal-istess prodotti u servizzi li jidħlu taħt it-trade marks imsemmija iktar ’il fuq.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa parzjalment.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.

Motivi invokati: Nuqqas ta’ motivazzjoni u interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top