Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0477

    Kawża T-477/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 30 ta’ Novembru 2011 — SE-Blusen Stenau vs UASI — Sports Eybl & Sports Experts (SE© SPORTS EQUIPMENT) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SE© SPORTS EQUIPMENT — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti SE So Easy — Raġuni relattiva għal rifjut — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” )

    ĠU C 25, 28.1.2012, p. 49–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.1.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 25/49


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2011 — SE-Blusen Stenau vs UASI — Sports Eybl & Sports Experts (SE© SPORTS EQUIPMENT)

    (Kawża T-477/10) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SE© SPORTS EQUIPMENT - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti SE So Easy - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

    (2012/C 25/95)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: SE-Blusen Stenau GmbH (Gronau, il-Ġermanja) (rappreżentant: O. Bischof, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Pohlmann, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sport Eybl & Sports Experts GmbH (Wels, l-Awstrija) (rappreżentanti: M. Pachinger u S. Fürst, avukati)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Lulju 2010, (Każ R 1393/2009-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn SE-Blusen Stenau GmbH u Sport Eybl & Sports Experts GmbH.

    Dispożittiv

    (1)

    Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-22 ta’ Lulju 2010 (Każ R 1393/2009-1) hija annulata.

    (2)

    L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn SE-Blusen Stenau GmbH.

    (3)

    Sport Eybl & Sports Experts GmbH għanda tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 346, 18.12.2010.


    Top