EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0474

Kawża T-474/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 15 ta’ Ottubru 2013 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni ( “Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi esterni għall-iżvilupp, l-istudju u s-sostenn ta’ sistemi ta’ informazzjoni (ESP DESIS II) — Klassifikazzjoni ta’ offerent — Għoti ta’ kuntratt — Obbligu ta’ motivazzjoni — Trasparenza — Ugwaljanza fit-trattament — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali” )

ĠU C 352, 30.11.2013, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/12


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2013 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-474/10) (1)

(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi esterni għall-iżvilupp, l-istudju u s-sostenn ta’ sistemi ta’ informazzjoni (ESP DESIS II) - Klassifikazzjoni ta’ offerent - Għoti ta’ kuntratt - Obbligu ta’ motivazzjoni - Trasparenza - Ugwaljanza fit-trattament - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

2013/C 352/22

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment N. Bambara u S. Delaude, sussegwentement S. Delaude, aġenti, assistiti minn O. Graber-Soudry, solicitor)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament ta’ erba’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni kkomunikati permezz ta’ erba’ ittri distinti tas-16 ta’ Lulju 2010 li l-offerta tar-rikorrenti, sottomessa fil-kuntest tas-sejħa għal offerti DIGIT/R2/PO/2009/045, dwar is-“Servizzi esterni għall-iżvilupp, l-istudju u s-sostenn ta’ sistemi ta’ informazzjoni” (ESP DESIS II) (ĠU 2009/S 198-283663), tiġi kklassifikata, għal-Lott Nru 1A fit-tieni pożizzjoni, għal-Lott Nru 1 B fit-tielet pożizzjoni, għal-Lott Nru 1C fit-tieni pożizzjoni u għal-Lott Nru 3 fit-tielet pożizzjoni, kif ukoll tad-deċiżjonijiet kollha tad-Direttorat Ġenerali tal-Informazzjoni tal-Kummissjoni relatati magħhom, inklużi dawk li l-kuntratti rispettivi jingħataw lill-offerenti kklassifikati fl-ewwel u fit-tieni pożizzjonijiet, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 346, 18.12.2010.


Top