Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0457

    Kawża T-457/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 15 ta’ Ottubru 2013 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni ( “Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi esterni marbuta mal-iżvilupp, l-istudju u s-sostenn ta’ informazzjoni (ESP DESIS II) — Klassifikazzjoni ta’ offerent — Għoti tal-kuntratt — Konsorzju offerenti — Ammissibbiltà — Obbligu ta’ motivazzjoni — Trasparenza — Ugwaljanza fit-trattament — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali” )

    ĠU C 352, 30.11.2013, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.11.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 352/12


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2013 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-457/10) (1)

    (Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi esterni marbuta mal-iżvilupp, l-istudju u s-sostenn ta’ informazzjoni (ESP DESIS II) - Klassifikazzjoni ta’ offerent - Għoti tal-kuntratt - Konsorzju offerenti - Ammissibbiltà - Obbligu ta’ motivazzjoni - Trasparenza - Ugwaljanza fit-trattament - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

    2013/C 352/21

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Delaude u N. Bambara, u sussegwentement S. Delaude, aġent, assistiti inizjalment minn P. Wytinck, u sussegmentement minn B. Hoorelbeke, avukati)

    Suġġett

    Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-16 ta’ Lulju 2010, li tikklassifika l-offerta tar-rikorrenti ppreżentata fil-kuntest tas-sejħa għal offerti DIGIT/R2/PO/2009/045, dwar “Servizzi esterni marbuta mal-iżvilupp, l-istudju u s-sostenn ta’ informazzjoni” (ESP DESIS II) (ĠU 2009/S 198-283663), għal-lott Nru 2 “Proġetti ta’ żvilupp barra mis-sit”, fit-tielet, u mhux fl-ewwel, pożizzjoni u li tagħti l-ewwel u t-tieni pożizzjoni lil offerenti oħrajn, kif ukoll tad-deċiżjonijiet kollha tad-Direttorat Ġenerali tal-Informatika tal-Kummissjoni li huma relatati magħha, inklużi dawk li jingħataw il-kuntratti rispettivi lill-offerenti kklassifikati fl-ewwel u fit-tieni pożizzjoni, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 346, 18.12.2010.


    Top