Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0432

    Kawża T-432/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Ottubru 2013 — Vivendi vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Suq Franċiż tal-broadband u tal-abbonament telefoniku — Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment — Nuqqas ta’ interess Komunitarju — Importanza tal-ksur allegat għall-funzjonament tas-suq intern — Probabbiltà li tkun tista’ tiġi stabbilita l-eżistenza tal-ksur allegat” )

    ĠU C 352, 30.11.2013, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.11.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 352/11


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2013 — Vivendi vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-432/10) (1)

    (Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Suq Franċiż tal-broadband u tal-abbonament telefoniku - Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment - Nuqqas ta’ interess Komunitarju - Importanza tal-ksur allegat għall-funzjonament tas-suq intern - Probabbiltà li tkun tista’ tiġi stabbilita l-eżistenza tal-ksur allegat)

    2013/C 352/20

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Vivendi (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: inizjalment minn M. Struys, O. Fréget u J.-Y. Ollier, sussegwentement minn M. Struys, O. Fréget u L. Eskenazi, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin u N. von Lingen, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Orange, li kienet France Télécom (Pariġi, Franza) (rappreżentant: S. Hautbourg, avukat)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4730, tat-2 ta’ Lulju 2010, li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti kontra France Télécom għal allegat abbuż minn pożizzjoni dominanti fis-suq Franċiż tal-broadband u tal-abbonament telefoniku (Każ COMP/C-1/39.653 — Vivendi & Iliad vs France Télécom).

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Vivendi għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sosntuti mill-Kummissjoni Ewropea.

    (3)

    Orange għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 317, 20.11.2010.


    Top