Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0204

    Kawża T-204/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 5 ta’ Ottubru 2012 — Lancôme vs UASI — Focus Magazin Verlag (COLOR FOCUS) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali COLOR FOCUS — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti FOCUS — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tat-trade marks — Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Abbuż ta’ dritt” )

    ĠU C 366, 24.11.2012, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.11.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 366/31


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2012 — Lancôme vs UASI — Focus Magazin Verlag (COLOR FOCUS)

    (Kawża T-204/10) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali COLOR FOCUS - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti FOCUS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tat-trade marks - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Abbuż ta’ dritt)

    2012/C 366/60

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Lancôme parfums et beauté & Cie (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u S. Abel, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment S. Schäffner, sussegwentement A. Folliard-Monguiral, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Focus Magazin Verlag GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Schweizer u J. Berlinger, avukati)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Frar 2011 (Każ R 238/2009-2), dwar proċedimenti ta’ nullità bejn Focus Magazin Verlag GmbH u Lancôme parfums et beauté & Cie.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Lancôme parfums et beauté & Cie hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 179, 03.07.2010.


    Top