Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0302

Kawża C-302/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Højesteret (id-Danimarka) fit- 18 ta’ Ġunju 2010 — Infopaq International A/S vs Danske Dagblades Forening

ĠU C 221, 14.8.2010, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/31


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Højesteret (id-Danimarka) fit-18 ta’ Ġunju 2010 — Infopaq International A/S vs Danske Dagblades Forening

(Kawża C-302/10)

()

2010/C 221/49

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Højesteret (id-Danimarka)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Infopaq International A/S

Konvenuta: Danske Dagblades Forening

Domandi preliminari

(1)

Sabiex att ta’ riproduzzjoni jkun jista’ jiġi kkunsidrat bħala li jikkostitwixxi “parti integrali u essenzjali tal-proċess teknoloġiku” fis-sens tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29 (1), għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-istadju tal- proċess teknoloġiku meta dan iseħħ?

(2)

Att ta’ riproduzzjoni jista’ jiġi kkunsidrat bħala “parti integrali u essenzjali tal-proċess tekonoloġiku” jekk jikkonsisti fl-iscanning ta’ artikli sħaħ ta’ pubblikazzjonijiet, operazzjoni li ssir manwalment u li permezz tagħha l-imsemmija artikli, informazzjoni stampata, jiġu kkonvertiti f’data diġitali?

(3)

Il-kunċett ta’ “użu legali” fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29 għandu jiġi kkunsidrat li jirrigwarda kull forma ta’ użu li ma jeħtieġx il-kunsens tal-proprjetarju tad-drittijiet tal-awtur?

(4)

Il-fatt li impriża tiddiġitalizza, permezz tal-iscanning, l-artikli kollha tal-pubblikazzjonijiet, liema operazzjoni tiġi segwita minn ipproċessar tar-riproduzzjoni, għall-attivitajiet ta’ redazzjoni ta’ sunti ta’ din l-impriża, jista’ jiġi kkunsidrat bħala li huwa kopert mill-kunċett ta’ “użu legali” previst fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29, anki jekk il-proprjetarji tad-drittijiet tal-awtur ma jkunux taw il-kunsens tagħhom għal dawn l-atti, fil-każ fejn il-kundizzjonijiet l-oħra kollha meħtieġa minn din id-dispożizzjoni huma preżenti?

Il-fatt li ħdax-il kelma jinħażnu wara li jkun intemm il-proċess tal-kisba tad-data huwa rilevanti għar-risposta li għandha tingħata lil din id-domanda?

(5)

Skont liema kriterji għandu jiġi evalwat jekk atti ta’ riproduzzjoni provviżorji għandhomx “sinifikat ekonomiku indipendenti” fis-sens tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29, jekk il-kundizzjonijiet l-oħra ta’ din id-dispożizzjoni jkunu ġew sodisfatti?

(6)

Il-vantaġġ fl-effiċjenza li jirriżulta, favur l-utent, mill-użu ta’ atti ta’ riproduzzjoni provviżorji għandu jittieħed inkunsiderazzjoni għall-evalwazzjoni tal-kwistjoni dwar jekk l-atti għandhomx “sinifikat ekonomiku indipendenti” fis-sens tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29?

(7)

Il-fatt li impriża tiddiġitalizza, permezz tal-iscanning, l-artikli kollha tal-pubblikazzjonijiet, liema operazzjoni tiġi segwita minn ipproċessar tar-riproduzzjoni, jista’ jiġi kkunsidrat bħala li jaqa’ taħt “ċerti każi speċjali li ma jmorrux kontra l-isfruttament normali” tal-imsemmija artikli li “ma jippreġudikawx bla raġuni l-interessi leġittimi [tal-proprjetarju] tad-drittijiet” fis-sens tal-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2001/29, sa fejn il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1 tagħha huma preżenti?

Il-fatt li ħdax-il kelma jinħażnu wara li jkun intemm il-proċess tal-kisba tad-data huwa rilevanti għar-risposta li għandha tingħata lil din id-domanda?


(1)  Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230)


Top