EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CB0156

Kawża C-156/10 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal- 15 ta’ Diċembru 2010 — Karen Goncharov vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), DSB (Appell — Trade mark Komunitarja — Trade marks ikkostitwiti minn akronimi — Trade mark preċedenti DSB — Sinjal verbali “DSBW” — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Raġuni relattiva għal rifjut — Eżami tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh viżiv — Xebh fonetiku — Inammissibbiltà — Evalwazzjoni tal-fatti)

ĠU C 89, 19.3.2011, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2010 — Karen Goncharov vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), DSB

(Kawża C-156/10 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Trade marks ikkostitwiti minn akronimi - Trade mark preċedenti DSB - Sinjal verbali “DSBW” - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Raġuni relattiva għal rifjut - Eżami tal-probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh viżiv - Xebh fonetiku - Inammissibbiltà - Evalwazzjoni tal-fatti)

2011/C 89/04

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Karen Goncharov (rappreżentant: A. Späth, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni) (rappreżentant: B. Schmidt, aġent), DSB (rappreżentant: T. Graf, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Jannar 2010, Goncharov vs UASI — DSB (DSBW) (T-34/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Diċembru 2006, li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali “DSBW” bħala trade mark Komunitarja għal ċerti prodotti fil-klassijiet 39, 41 u 43 u li tilqa’ l-oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja verbali preċedenti “DSB” — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni, matul l-eżami tal-probabbiltà ta’ konfużjoni, tal-karatteristiċi partikolari tat-trade marks ikkostitwiti minn akronimi — Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

K. Goncharov hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  GU C 148, 05.06.2010.


Top