Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0392

    Kawża C-392/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad- 19 ta’ Jannar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg — il-Ġermanja) — Suiker Unie GmbH — Zuckerfabrik Anklam vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas ( “Regolament (KE) Nru 800/1999 — Artikolu 15(1) u (3) — Prodotti Agrikoli — Sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni — Rifużjoni differenzjata fuq l-esportazzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Importazzjoni tal-prodott fl-Istat terz ta’ destinazzjoni — Ħlas ta’ dazju fuq l-importazzjoni” )

    ĠU C 73, 10.3.2012, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.3.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 73/4


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-19 ta’ Jannar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg — il-Ġermanja) — Suiker Unie GmbH — Zuckerfabrik Anklam vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

    (Kawża C-392/10) (1)

    (Regolament (KE) Nru 800/1999 - Artikolu 15(1) u (3) - Prodotti Agrikoli - Sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni - Rifużjoni differenzjata fuq l-esportazzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Importazzjoni tal-prodott fl-Istat terz ta’ destinazzjoni - Ħlas ta’ dazju fuq l-importazzjoni)

    2012/C 73/05

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Finanzgericht Hamburg

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Suiker Unie GmbH — Zuckerfabrik Anklam

    Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Jonas

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Hamburg — Interpretazzjoni tal-Artikolu 15(1) u (3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999, tal-15 ta’ April 1999, li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 25, p. 129) u tal-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307) — Prodott esportat minn Stat Membru lejn Stat terz għal proċessar sostanzjali taħt il-proċedura tal-ipproċessar tad-dħul mingħajr tnaqqis ta’ dazji fuq l-importazzjoni — Esportazzjoni ta’ prodott li jirriżulta minn dan l-ipproċessar lejn Stat terz ieħor — Kundizzjonijiet ta’ għoti tar-rifuzjoni differenzjata għall-esportazzjoni — Neċessità ta’ tqegħid tal-prodott f’ċirkolazzjoni libera fl-Istat terz ta’ destinazzjoni bi ħlas tad-dazji fuq l-importazzjoni?

    Dispożittiv

    L-Artikolu 15(1) u (3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999, tal-15 ta’ April 1999, li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 444/2003, tal-11 ta’ Marzu 2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjoni ta’ kisba ta’ rifużjoni differenzjata prevista minn din id-dispożizzjoni, jiġifieri, it-twettiq tal-formalitajiet doganali ta’ importazzjoni, ma hijiex sodisfatta meta, fil-pajjiż terz ta’ destinazzjoni, wara rilaxx taħt is-sistema ta’ pproċessar tad-dħul mingħajr ġbir tad-dazju fuq l-importazzjoni, il-prodott għadda minn “ipproċessar jew xogħol sostanzjali” fis-sens tal-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, u li l-prodott li jirriżulta minn dan l-ipproċessar jew xogħol ġie esportat f’pajjiż terz.


    (1)  ĠU C 288, 23.10.2010


    Top