Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0283

    Kawża C-283/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 24 ta’ Novembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Înalta Curte de Casație și Justiție (ir-Rumanija)) — Circul Globus București (Circ & Variete Globus București) vs Uniunea Compozitorilor și Muzicologilor din România — Asociația pentru Drepturi de Autor — U.C.M.R. — A.D.A. ( “Approssimazzjoni tal-liġijiet — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Direttiva 2001/29/KE — Artikolu 3 — Kunċett ta’ ‘komunikazzjoni ta’ xogħol lill-pubbliku preżenti fil-post fejn toriġina l-komunikazzjoni’ — Komunikazzjoni ta’ xogħlijiet mużikali fil-preżenza ta’ pubbliku, mingħajr ħlas lis-soċjetà ta’ amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awturi tar-remunerazzjoni li tikkorrispondi għal dawn id-drittijiet — Konklużjoni ta’ kuntratti ta’ trasferiment ta’ drittijiet patrimonjali mal-awturi tax-xogħlijiet — Kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2001/29/KE” )

    ĠU C 25, 28.1.2012, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.1.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 25/10


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-24 ta’ Novembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Înalta Curte de Casație și Justiție (ir-Rumanija)) — Circul Globus București (Circ & Variete Globus București) vs Uniunea Compozitorilor și Muzicologilor din România — Asociația pentru Drepturi de Autor — U.C.M.R. — A.D.A.

    (Kawża C-283/10) (1)

    (Approssimazzjoni tal-liġijiet - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Direttiva 2001/29/KE - Artikolu 3 - Kunċett ta’ ‘komunikazzjoni ta’ xogħol lill-pubbliku preżenti fil-post fejn toriġina l-komunikazzjoni’ - Komunikazzjoni ta’ xogħlijiet mużikali fil-preżenza ta’ pubbliku, mingħajr ħlas lis-soċjetà ta’ amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awturi tar-remunerazzjoni li tikkorrispondi għal dawn id-drittijiet - Konklużjoni ta’ kuntratti ta’ trasferiment ta’ drittijiet patrimonjali mal-awturi tax-xogħlijiet - Kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2001/29/KE)

    (2012/C 25/15)

    Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

    Qorti tar-rinviju

    Înalta Curte de Casație și Justiție

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Circul Globus București (Circ & Variete Globus București)

    Konvenuta: Uniunea Compozitorilor și Muzicologilor din România — Asociația pentru Drepturi de Autor — U.C.M.R. — A.D.A.

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Înalta Curte de Casație și Justiție — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230) — Trażmissjoni ta’ xogħlijiet mużikali fil-preżenza ta’ pubbliku, mingħajr ħlas għas-soċjetà għall-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awturi tar-remunerazzjoni li tikkorrispondi għal dawn id-drittijiet — Konklużjoni ta’ kuntratti ta’ trasferiment ta’ drittijiet patrimonjali mal-awturi tax-xogħlijiet — Kunċett ta’ “trażmissjoni ta’ xogħol lill-pubbliku preżenti fil-post fejn toriġina t-trażmissjoni” — Kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva ċċitata

    Dispożittiv

    Id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni u, b’mod partikolari, l-Artikolu 3(1) tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens illi tirreferi biss għall-komunikazzjoni lill-pubbliku li ma jkunx preżenti fil-post fejn toriġina l-komunikazzjoni, b’esklużjoni ta’ kull komunikazzjoni ta’ xogħol li titwettaq direttament, f’post miftuħ għall-pubbliku, permezz ta’ kull forma pubblika ta’ eżekuzzjoni jew ta’ preżentazzjoni diretta tax-xogħol.


    (1)  ĠU C 234, 28.08.2010.


    Top