This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009TN0350
Case T-350/09: Action brought on 4 September 2009 — ICO Satellite v Commission
Kawża T-350/09: Rikors ippreżentat fl- 4 ta’ Settembru 2009 — ICO Satellite vs Il-Kummissjoni
Kawża T-350/09: Rikors ippreżentat fl- 4 ta’ Settembru 2009 — ICO Satellite vs Il-Kummissjoni
ĠU C 267, 7.11.2009, p. 76–77
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/76 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2009 — ICO Satellite vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-350/09)
2009/C 267/137
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ICO Satellite Ltd (Slough, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Tupper, Solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-Deċiżjoni Nru 2009/449/KE tat-13 ta’ Mejju 2009 dwar l-għażla ta’ operaturi ta’ sistemi pan-Ewropej li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS) skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 230 KE u 231 KE; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.u tagħti kwalunkwe ordni ieħor li hija tqis xieraq. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/449/KE tat-13 ta’ Mejju 2009 dwar l-għażla ta’ operaturi ta’ sistemi pan-Ewropej li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (“MSS”) (1).
Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata ċċaħħadha mid-drittijiet ta’ proprjetà tagħha li hija leġittimament għandha skont il-liġi internazzjonali. Ir-rikorrenti ssostni wkoll li d-deċiżjoni kkontestata hija kontra l-liġi peress li l-Kummissjoni:
a) |
iddiskriminat kontra r-rikorrenti billi involviet l-ex president ta’ Inmarsat Ventures Limited Council (“Inmarsat”) fil-proċess deċiżjonali, u b’hekk kisret ir-rekwiżiti proċedurali sostanzjali u l-prinċipju tat-trattament ugwali; u |
b) |
aġixxiet b’mod irraġonevoli, billi għażlet lil Inmarsat u Solaris Mobile Limited minflok ir-rikorrenti meta din tal-aħħar allegatament tinsab f’pożizzjoni aħjar sabiex tipprovdi l-MSS. |
Skont ir-rikorrenti, billi adottat id-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni aġġixxiet b’mod sproporzjonat u b’mod diskriminatorju u kuntrarju għall-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti. Ir-rikorrenti ssostni wkoll li d-deċiżjoni kkontestata tikkostitwixxi wkoll ksur tad-drittijiet tagħha għat-tgawdija paċifika tal-possedimenti tagħha kif protetti mill-Artikolu 1 tal-Protokoll 1 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB), kif ukoll tad-dritt għat-tgawdija tad-drittijiet ċivili tagħha, inklużi d-drittijiet ta’ proprjetà u d-dritt tagħha għal smigħ imparzjali u pubbliku, stabbilit fl-Artikolu 6 tal-KEDB.
(1) 2009/449/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Mejju 2009 dwar l-għażla ta’ operaturi ta’ sistemi pan-Ewropej li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS) (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 3746) (ĠU L 149, p. 65).