EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0328

Kawża T-328/09: Rikors ippreżentat fid- 19 ta’ Awwissu 2009 — Producteurs de Légumes de France vs Il-Kummissjoni

ĠU C 267, 7.11.2009, p. 69–69 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 267/69


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Awwissu 2009 — Producteurs de Légumes de France vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-328/09)

2009/C 267/125

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Les Producteurs de Légumes de France (Pariġi, Franza) (rappreżentant: O. Fachin, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata fuq il-bażi tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 tat-Trattat KE;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 203 finali, tat-28 ta’ Jannar 2009 (1), li permezz tagħha l-Kummissjoni kienet iddikkjarat inkompatibbli mas-suq komuni għajnuna mill-Istat mogħtija mir-Repubblika Franċiża lill-produtturi tal-frott u tal-ħxejjex fil-kuntest tal-“pjanijiet ta’ kontinġenza” sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ tal-prodotti agrikoli maħsuda fi Franza u li kienet ordnat lir-Repubblika Franċiża terġa’ tiġbor l-għajnuna inkwistjoni.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi bbażati:

fuq ksur tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi, safejn il-fatt li l-Kummissjoni setgħet tkun taf matul il-perijodu mill-1992 sal-2002 bl-eżistenza ta’ pjanijiet ta’ kontinġenza mingħajr madankollu ma bdiet proċedura seta’ jagħti lok għall-aspettattivi tal-produtturi fir-rigward tar-regolarità ta’ dawn il-pjanjijiet;

fuq żball fl-ammont ta’ restituzzjonijiet mitluba fir-rigward tas-sena 2001, li jaffettwa l-ammont globali tar-restituzzjonijiet kif ukoll l-interessi dovuti.


(1)  ĠU L 127, p. 11 — ippubblikata taħt in-Nru 2009/402/KE.


Top