Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0321

    Kawża T-321/09: Rikors ippreżentat fl- 14 ta’ Awissu 2009 — skytron energy vs UASI (arraybox)

    ĠU C 267, 7.11.2009, p. 68–68 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.11.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 267/68


    Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awissu 2009 — skytron energy vs UASI (arraybox)

    (Kawża T-321/09)

    2009/C 267/123

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: skytron energy GmbH & Co. KG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: H.-J. Omsels, Rechtsanwalt)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tal-4 ta’ Ġunju 2009 fil-Każ R 1680/2008-1;

    sussidjarjament, tirrinvija l-każ lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern;

    tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “arraybox” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 37, 38 u 42 (Applikazzjoni Nru 6 710 479)

    Deċiżjoni tal-eżaminatur: Reġistrazzjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

    Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 207/2009 (1) peress li s-sinjal li għalih saret l-applikazzjoni mhuwiex deskrittiv u għandu l-karattru distintiv meħtieġ.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009 L 78 p. 1)


    Top