Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0318

    Kawża T-318/09: Rikors ippreżentat fl- 14 ta’ Awwissu 2009 — Audi u Volkswagen vs UASI (TDI)

    ĠU C 267, 7.11.2009, p. 67–67 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.11.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 267/67


    Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2009 — Audi u Volkswagen vs UASI (TDI)

    (Kawża T-318/09)

    2009/C 267/121

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Audi AG (Ingolstadt, il-Ġermanja), Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Kather, Rechtsanwalt)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tal-14 ta’ Mejju 2009, fil-Każ R 226/2007-1;

    tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “TDI” għal prodotti fil-klassi 12 (Applikazzjoni Nru 3 179 058)

    Deċiżjoni tal-eżaminatur: reġistrazzjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati:

    ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għandha l-karattru distintiv meħtieġ li nkiseb bl-użu tagħha;

    ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, peress li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għandha l-karattru distintiv meħtieġ;

    ksur tal-ewwel frażi tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li l-konvenut naqas milli jaċċetta l-proposta għal provi mressqa mir-rikorrenti;

    ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009 L 78 p. 1).


    Top