EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009TN0315
Case T-315/09: Action brought on 10 August 2009 — Hoelzer v OHIM (SAFELOAD)
Kawża T-315/09: Rikors ippreżentat fl- 10 ta’ Awwissu 2009 — Hoelzer vs UASI (SAFELOAD)
Kawża T-315/09: Rikors ippreżentat fl- 10 ta’ Awwissu 2009 — Hoelzer vs UASI (SAFELOAD)
ĠU C 267, 7.11.2009, p. 66–66
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/66 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2009 — Hoelzer vs UASI (SAFELOAD)
(Kawża T-315/09)
2009/C 267/119
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Oliver Hoelzer (Remscheid, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Rother u J. Vogtemier, Rechtsanwälte)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrent
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-3 ta’ Ġunju 2009 (Każ R 1157/2008-4); |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha, inkluż dawk marbuta mal-proċedimenti tal-appell. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “SAFELOAD” għal prodotti fil-klassijiet 6 u 12 (Applikazzjoni Nru 6 330 831)
Deċiżjoni tal-eżaminatur: Reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li l-element verbali tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ma jiddeskrivix il-karatteristiċi tal-prodotti indikati fl-applikazzjoni.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009 L 78 p. 1).