Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0225

    Kawża T-225/09: Rikors ippreżentat fit- 8 ta’ Ġunju 2009 — CLARO vs UASI — Telefónica (Claro)

    ĠU C 180, 1.8.2009, p. 61–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.8.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 180/61


    Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2009 — CLARO vs UASI — Telefónica (Claro)

    (Kawża T-225/09)

    2009/C 180/113

    Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: CLARO SA (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri u A. Castán Pérez-Gómez, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Telefónica, SA (Madrid, Spanja)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ Frar, fil-Każ R 1079/2008-2, b’rinviju tal-każ lill-imsemmi Bord sabiex dan jiġi deċiż u tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: BCP S/A, kumpannija li attwalment taġixxi taħt l-isem CLARO S.A., ir-rikorrenti.

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark tridimensjonali li tinkludi l-element denominattiv “CLARO” (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5 229 241) għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 38.

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Telefónica, SA.

    Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark verbali Komunitarja preċedenti “CLARO” (Nru 2 017 341) fost l-oħrajn għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 38.

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa.

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud bħala inammissibbli, billi r-rikorrenti ma ddepożitatx nota li tesponi l-motivi tar-rikors.

    Motivi invokati: Id-deċiżjoni kkontestata hija, skont ir-rikorrenti, kuntrarja għall-prinċipju ta’ kontinwità funzjonali bejn il-Bord tal-Appell u d-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni. Skont ir-rikorrenti, kien evidenti li r-rikors tagħha kien intiż kontra t-totalità tad-deċiżjoni kkontestata minħabba li d-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja.


    Top