This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009TN0172
Case T-172/09: Action brought on 24 Avril 2009 — Gem-Year et Jinn-Well Auto-Parts (Zhejiang) v Council
Kawża T-172/09: Rikors ippreżentat fl- 24 ta’ April 2009 — Gem-Year u Jinn-Well Auto-Parts (Zhejiang) vs Il-Kunsill
Kawża T-172/09: Rikors ippreżentat fl- 24 ta’ April 2009 — Gem-Year u Jinn-Well Auto-Parts (Zhejiang) vs Il-Kunsill
ĠU C 153, 4.7.2009, p. 46–48
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 153/46 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2009 — Gem-Year u Jinn-Well Auto-Parts (Zhejiang) vs Il-Kunsill
(Kawża T-172/09)
2009/C 153/90
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Gem-Year Industry Co. Ltd u Jinn-Well Auto-Parts (Zhejiang) Co. Ltd (rappreżentanti: K. Adamantopoulos u Y. Melin, lawyers)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009 tas-26 ta’ Jannar 2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, sa fejn
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti qed jitolbu l-annullament tar-Regolament (KE) Nru 91/2009 tas-26 ta’ Jannar 2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (1), abbażi ta’ dawn ir-raġunijiet:
Ir-rikorrenti jsostnu li l-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatti applikati fil-kawża sabiex ikkonkluda li l-persuni li ressqu l-ilment kellhom locus standi taħt l-Artikolu 5(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku (2), peress li allegatament huwa kellu jieħu inkunsiderazzjoni l-marġni ta’ żball fl-istatistiċi li uża sabiex jikkalkola l-produzzjoni totali Komunitarja u kien imissu għaldaqstant ikkoreġa din il-figura. Minbarra dan, ir-rikorrenti jsostnu li r-regolament ikkontestat jikser l-Artikoli 1(1), (2) u (4), 2(8), 5(2) u (10) tar-Regolament bażiku billi impona dazji anti-dumping kontra diversi prodotti differenti, fejn investigazzjoni anti-dumping ma tistax tkopri iktar minn prodott wieħed. Minbarra dan, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatti tal-każ u kiser l-Artikolu 3(3) u (4) tar-Regolament bażiku meta kkonkluda fil-Premessa 161 tar-regolament ikkontestat li l-industrija Komunitarja sostniet ħsara materjali, filwaqt li din il-konstatazzjoni hija bbażata biss fuq indikatur ta’ ħsara negattiv wieħed, fuq sejba kuntradittorja, u fuq diversi valutazzjonijiet spekulattivi.
Ir-rikorrenti jsostnu wkoll li r-Regolament ikkontestat jkiser it-tieni parti tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(7)(ċ), peress li ċaħad it-talba għal trattament ta’ ekonomija tas-suq ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi għar-raġuni li l-ispejjeż tal-inputs prinċipali tagħhom ma kinux jirriflettu prezz tas-suq mhux distort u li huwa internazzjonali, filwaqt li din id-dispożizzjoni sempliċement teħtieġ lill-kumpanniji li qed jitolbu trattament ta’ ekonomija tas-suq li juru li huma jixtru l-input prinċipali tagħhom b’valur tas-suq.
Minbarra dan, qed jiġi sostnut li r-regolament ikkontestat jikser l-Artikolu 2(7)(ċ) kif interpretat fid-dawl tal-Ftehim WTO u l-paragrafu 15 tal-Protokoll ta’ Adeżjoni taċ-Ċina fil-WTO, peress li ċaħad it-talba għal trattament ta’ ekonomija tas-suq ta’ produtturi fl-industrija tal-qfieli bbażata fuq sitwazzjoni li teżisti f’industrija oħra. Minbarra dan, ir-rikorrenti jsostnu li l-konklużjonijiet tar-regolament ikkontestat huma bbażati fuq informazzjoni insuffiċjenti bi ksur tal-obbligu li kull każ individwali jiġi eżaminat fl-aspetti rilevanti kollha tiegħu bir-reqqa u b’imparzjalità, kif iggarantit mis-sistema legali Komunitarja fi proċeduri amministrattivi.
Fl-aħħar nett, ir-rkorrenti jsostnu li r-regolament ikkontestat jikser l-Artikoli 1(1) u (2), l-Artikolu 2, l-Artikolu 3(1) tar-regolament bażiku kontra s-sussidji (3) peress li ma stabbiliex jekk is-sussidji kkonstatati matul l-investigazzjoni anti-dumping kinux sussidji hekk kif iddefiniti f’dawn l-artikoli; fi kliem ieħor, li kontribuzzjoni finanzjarja seħħet, kienet speċifika, tat benefiċċju u li l-industrija UE sostniet dannu bħala konsegwenza ta’ dan. Bl-istess mod, skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni qatt ma analizzat il-ħsara, skont l-Artikolu 8 tar-regolament bażiku kontra s-sussidji, jew ma kkalkolat il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarju kif stipulat fl-Artikoli 5 u 6 ta’ dan ir-regolament. Minbarra dan, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni ma segwietx il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 10(1) u (11), u lanqas ma stabbiliet, abbażi tal-fatti, l-eżistenza ta’ sussidju ta’ kumpens u ħsara kkawżata minħabba dan kif meħtieġ mill-Artikolu 15 tar-regolament bażiku kontra s-sussidji peress li tuża r-rifjut tat-trattament tal-ekonomija tas-suq sabiex tikkumpensa sussidji.
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 340, p. 17)
(3) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta’ Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità (ĠU L 288, p. 1)