This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009TA0172
Case T-172/09: Judgment of the General Court of 10 October 2012 — Gem-Year and Jinn-Well Auto-Parts (Zhejiang) v Council (Dumping — Imports of certain iron or steel fasteners originating in China — Support of the complaint by the Community industry — Definition of the product concerned — Injury — Market economy treatment — Costs of major inputs substantially reflecting market values — Article 2(7)(b) and (c) of Regulation (EC) No 384/96 (now Article 2(7)(b) and (c) of Regulation (EC) No 1225/2009))
Kawża T-172/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 10 ta’ Ottubru 2012 — Gem-Year u Jinn-Well Auto-Parts (Zhejiang) vs Il-Kunsill ( “Dumping — Importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw miċ-Ċina — Sostenn tal-ilment mill-industrija Komunitarja — Definizzjoni tal-prodott ikkonċernat — Dannu — Status ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq — Spejjeż tal-elementi tal-produzzjoni ewlenin li fil-parti l-kbira tagħhom jirriflettu l-valuri tas-suq — Artikolu 2(7)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (li sar l-Artikolu 2(7)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009)” )

ĠU C 366, 24.11.2012, p. 30–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 366/30 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2012 — Gem-Year u Jinn-Well Auto-Parts (Zhejiang) vs Il-Kunsill
(Kawża T-172/09) (1)
(Dumping - Importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw miċ-Ċina - Sostenn tal-ilment mill-industrija Komunitarja - Definizzjoni tal-prodott ikkonċernat - Dannu - Status ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq - Spejjeż tal-elementi tal-produzzjoni ewlenin li fil-parti l-kbira tagħhom jirriflettu l-valuri tas-suq - Artikolu 2(7)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (li sar l-Artikolu 2(7)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009))
2012/C 366/57
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Gem-Year Industrial Co. Ltd (Zhejiang, iċ-Ċina); u Jinn-Well Auto-Parts (Zhejiang) Co. Ltd (Zhejiang) (rappreżentanti: K. Adamantopoulos u Y. Melin, sussegwentement Y. Melin, V. Akritidis u F. Crespo, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J.-P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrisch u G. Wolf, avukati, sussegwentement J.-P. Hix u B. Driessen, aġenti, assistiti minn G. Berrisch)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Van Vliet u C. Clyne, aġenti); u European Industrial Fasteners Insitute AISBL (EIFI) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment J. Bourgeois, Y. Van Gerven u E. Wäktare, sussegwentement J. Bourgeois, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009, tas-26 ta’ Jannar 2009, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq [l-importazzjonijiet ta’] ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 29, p. 1).
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
Gem-Year Industrial Co. Ltd u Jinn-Well Auto-Parts (Zhejiang) Co. Ltd għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-European Industrial Fasteners Insitute AISBL. |
(3) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |