EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009FN0047
Case F-47/09: Action brought on 7 May 2009 — Fries Guggenheim v CEDEFOP
Kawża F-47/09: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Mejju 2009 — Fries Guggenheim vs CEDEFOP
Kawża F-47/09: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Mejju 2009 — Fries Guggenheim vs CEDEFOP
ĠU C 153, 4.7.2009, p. 52–52
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 153/52 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2009 — Fries Guggenheim vs CEDEFOP
(Kawża F-47/09)
2009/C 153/101
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Eric Mathias Fries Guggenheim (Liège, il-Belġju) (rappreżentant: L. Lucas, avukat)
Konvenut: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali (CEDEFOP)
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni tas-CEDEFOP li ma jġeddidx il-kuntratt tar-rikorrent inkwantu membru tal-persunal temporanju u, fin-nuqqas tar-reintegrazzjoni tiegħu, il-kundanna tal-konvenut sabiex jagħtih kumpens għad-dannu morali subit.
Talbiet tar-rikorrent
— |
Jannulla d-deċiżjoni tas-7 ta’ Lulju 2008 tas-CEDEFOP li ma jġeddidx il-kuntratt tar-rikorrent u li tikkonferma li l-kariga tiegħu tintemm fil-15 ta’ Ottubru 2008; |
— |
Jannulla, safejn huwa meħtieġ, id-deċiżjoni tat-18 ta’ Lulju 2008 tas-CEDEFOP li tikkonferma l-imsemmija deċiżjoni, wara l-ittra tar-rikorrent tad-9 ta’ Lulju 2008 u l-laqgħa tiegħu tas-17 ta’ Lulju 2008 mar-rappreżentanti tal-persunal; |
— |
Jikkundanna lis-CEDEFOP, fin-nuqqas tar-reintegrazzjoni tiegħu, iħallas lir-rikorrent danni li l-ammont tagħhom jiġi ddeterminat mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, bħala kumpens għad-dannu morali tiegħu; |
— |
Jippermetti lir-rikorrent, jekk jikkunsidra li dan ikun neċessarju, li jikkwantifika l-preġudizzju għall-karriera tiegħu u jekk le, jikkundanna lis-CEDEFOP iħallsu, fin-nuqqas tar-reintegrazzjoni tiegħu, danni li l-ammont tagħhom jiġi ddeterminat mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku; |
— |
Jikkundanna lis-CEDEFOP għall-ispejjeż. |