This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CN0363
Case C-363/09: Action brought on 11 September 2009 — Commission of the European Communities v Kingdom of Spain
Kawża C-363/09: Rikors ippreżentat fil- 11 ta' Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Spanja
Kawża C-363/09: Rikors ippreżentat fil- 11 ta' Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Spanja
ĠU C 267, 7.11.2009, p. 48–48
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/48 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta' Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-363/09)
2009/C 267/80
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Parpala u F. Jimeno Fernández, aġenti)
Konvenuta: Ir-Renju ta’ Spanja
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tiddikjara li billi żamm fis-seħħ l-Artikolu 38 tal-Liġi 43/2002, tal-20 ta’ Novembru 2002, dwar il-protezzjoni tal-pjanti, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 13 tad-Direttiva 91/414/KEE (1) |
— |
tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Id-Direttiva 91/414/KEE tissodisfa l-ħtieġa ta’ armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Għal dan il-għan hija tistabbilixxi regoli uniformi fir-rigward tal-kundizzjonijiet u l-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni ta’ dawn il-prodotti.
L-Artikolu 13 tal-imsemmija direttiva jiddetermina l-leġiżlazzjoni fir-rigward, minn naħa, tad-data li għandha tintbgħat mill-applikanti li jitolbu l-awtorizzazzjoni ta’ prodott speċifiku għall-protezzjoni tal-pjanti u, min-naħa l-oħra, tal-użu u tal-protezzjoni ta’ din id-data billi jiggarantixxi, ħlief għal-ċerti eċċezzjonijiet, il-kunfidenzjalità tagħha.
Id-direttiva tikkostitwixxi armonizzazzjoni sħiħa u, konsegwentement, Stat Membru jista’ jadotta leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga lill-operaturi ekonomiċi jiżvelaw id-data mibgħuta mal-ewwel applikazzjoni għal awtorizzazzjoni biss skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(7).
Madankollu, l-Artikolu 38 tal-Liġi 43/2002 jippermetti aċċess għal data li tkun ġejja minn studji u esperimenti mwettqa barra mill-kuntest tal-każijiet espliċitament previsti mid-direttiva.
Il-Kummissjoni tikkunsidra li peress li r-Renju ta’ Spanja ma kellu ebda marġni ta’ diskrezzjoni fir-rigward tat-traspożizzjoni tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 91/414/KEE fid-dritt nazzjonali u peress li ma beda ebda proċedura sabiex iħassar l-imsemmija dispożizzjoni, l-introduzzjoni ta’ deroga mis-sistema ta’ aċċess għad-data li tinsab fil-fajls tal-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni, ladarba tali deroga mhijiex prevista mill-imsemmija direttiva, tikkostitwixxi ksur tad-dritt Komunitarju.
(1) Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1991, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, ĠU L 230, p. 1