Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0160

    Kawża C-160/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fit- 8 ta’ Mejju 2009 — Ioannis Katsivardas — Nikolaos Tsitsikas O.E. vs Ypourgos Oikonomikon

    ĠU C 153, 4.7.2009, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.7.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 153/28


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fit-8 ta’ Mejju 2009 — Ioannis Katsivardas — Nikolaos Tsitsikas O.E. vs Ypourgos Oikonomikon

    (Kawża C-160/09)

    2009/C 153/53

    Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

    Qorti tar-rinviju

    Symvoulio tis Epikrateias.

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Ioannis Katsivardas — Nikolaos Tsitsikas O.E.

    Konvenuti: Ypourgos Oikonomikon.

    Domanda preliminari

    Individwu (importatur importanti tal-banana mill-Ekwador) li qed jitlob li jingħata rifużjoni tad-dazju tas-sisa interna, meqjusa minnu li tħallset indebitament, jista’, quddiem qorti nazzjonali, jinvoka l-fatt li l-leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali (Artikolu 7 tal-Liġi Ellenika Nru 1798/1988, kif emendata bl-Artikolu 10 tal-Liġi Ellenika Nru 14/1990) hija inkompatibbli mal-Artikolu 4 tal-Ftehim konkluż fl-1984 bejn, minn naħa, il-Komunità Ekonomika Ewropea u, min-naħa l-oħra, il-Ftehim ta’ Kartaġena u l-pajjiżi membri tiegħu, kif approvat bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1591/84 (1)?


    (1)  ĠU L 153, 8.6.1984, p. 1.


    Top