EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0156

Kawża C-156/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhofs (il-Ġermanja) tas- 6 ta’ Mejju 2009 — Finanzamt Leverkusen vs Verigen Transplantation Service International AG

ĠU C 180, 1.8.2009, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 180/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhofs (il-Ġermanja) tas-6 ta’ Mejju 2009 — Finanzamt Leverkusen vs Verigen Transplantation Service International AG

(Kawża C-156/09)

2009/C 180/43

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhofs

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Finanzamt Leverkusen

Konvenuta: Verigen Transplantation Service International AG

Domandi preliminari

1)

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 28bF tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill, 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977 (1), fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima għandu jiġi interpretat fis-sens li:

a)

materjal kartilaġinuż meħud minn bniedem (bijopsija) li jingħata lil impriża għall-kultura ċellulari u li wara jingħata lura taħt il-forma ta’ impjant lil pazjent inkwistjoni jikkostitwixxi “proprjetà mobbli tanġibbli” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni,

b)

l-estrazzjoni ta’ ċelloli tal-qarquċa tal-ġogi mill-imsemmi materjal kartilaġinuż u l-kultura ċellulari sussegwenti jikkostitwixxu “xogħol” fuq il-proprjetà mobbli tanġibbli fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni,

c)

is-servizz ikun diġà ġie pprovdut lill-benefiċjarju taħt in-“numru tal-indentifikazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud” meta dan in-numru jidher fuq il-kont tal-fornitur tas-servizz, mingħajr ma jkun ġie konkluż ftehim espress bil-miktub dwar l-użu tiegħu?

2)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għal xi waħda mid-domandi preċedenti: l-Artikolu 13A(1)(ċ) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-estrazzjoni ta’ ċelloli tal-qarquċa tal-ġogi mill-materjal kartilaġinuż meħud minn bniedem u l-kultura ċellulari sussegwenti jikkostitwixxu “kura medika” meta ċ-ċelloli li jirriżultaw mill-kultura ċellulari jerġgħu jiġu impjantati fid-donatur?


(1)  ĠU L 45, p. 1.


Top