Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0154

    Kawża C-154/09: Rikors ippreżentat fl- 4 ta’ Mejju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

    ĠU C 153, 4.7.2009, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.7.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 153/28


    Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

    (Kawża C-154/09)

    2009/C 153/52

    Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Guerra u Andrade u A. Nijenhuis, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

    Talbiet

    tiddikjara li, billi ma implementatx kif suppost, permezz tad-dritt nazzjonali, id-dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju li jirregolaw il-ħatra ta’ min jipprovdi jew jipprovdu servizz universali u, f’kull każ, billi ma żguratx, fil-prattika, l-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 3(2) u 8(2) tad-Direttiva 2002/22/KE (1).

    tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    L-Artikolu 121 tal-Liġi Portugiża dwar il-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Liġi Nru 5/2004 tal-10 ta’ Frar) iżomm is-servizz pubbliku, il-konċessjoni b’mod esklużiv tas-servizz pubbliku kif ukoll id-drittijiet u l-obbligi korrispondenti, sal-2025, filwaqt li PT Comunicações S.A. għandha l-konċessjoni għas-servizz pubbliku tat-telekomunikazzjonijiet.

    Skont il-Kummissjoni, fir-rigward tal-ħatra tal-impriżi responsabbli mill-provvista ta’ servizz universali, il-Liġi Portugiża dwar il-Komunikazzjonijiet Elettroniċi hija mħawda, inkoerenti u inkonsistenti.

    B’hekk, l-Istat Portugiż ma ħatarx l-impriża jew l-impriżi responsabbli mill-provvista tas-servizz universali skont proċedura effiċjenti, oġġettiva, trasparenti u mhux diskriminatorja, kif inhu stabbilit fl-Artikolu 8(2) moqri fid-dawl tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2002/22.


    (1)  Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU L 108, P. 51)


    Top