EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0144

Kawża C-144/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (L-Awstrija) fl- 24 ta’ April 2009 — Hotel Alpenhof GesmbH vs Oliver Heller

ĠU C 153, 4.7.2009, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 153/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (L-Awstrija) fl-24 ta’ April 2009 — Hotel Alpenhof GesmbH vs Oliver Heller

(Kawża C-144/09)

2009/C 153/47

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hotel Alpenhof GesmbH

Konvenut: Oliver Heller

Domandi preliminari

1)

Il-fatt li sit internet ta’ parti li magħha konsumatur ikkonkluda kuntratt jista’ jiġi kkonsultat fuq l-internet huwa biżżejjed sabiex jiġġustifika konstatazzjoni li attività qed tiġi “diretta” skont l-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (“Regolament Brussell I”) (1)?


(1)  Korrezzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU 2001 L 12, p. 1)


Top