Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0135

    Kawża C-135/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fid- 9 ta’ April 2009 — Association des Riverains et Habitants des Communes Proches de l’Aéroport B.S.C.A. (Brussels South Charleroi Airport) ASBL — A.R.A.Ch, Léon L’Hoir, Nadine Dartois vs Région wallonne

    ĠU C 153, 4.7.2009, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.7.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 153/23


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fid-9 ta’ April 2009 — Association des Riverains et Habitants des Communes Proches de l’Aéroport B.S.C.A. (Brussels South Charleroi Airport) ASBL — A.R.A.Ch, Léon L’Hoir, Nadine Dartois vs Région wallonne

    (Kawża C-135/09)

    2009/C 153/42

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Conseil d’État

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Association des Riverains et Habitants des Communes Proches de l’Aéroport B.S.C.A. (Brussels South Charleroi Airport) ASBL — A.R.A.Ch, Léon L’Hoir, Nadine Dartois

    Konvenut:Région wallonne

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 1(5) tad-Direttiva 85/337/KEE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (1) jista’ jiġi interpretat fis-sens li jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu, leġiżlazzjoni, bħad-digriet tar-Région wallonne tas-17 ta’ Lulju 2008 dwar ċerti awtorizzazzjonijiet li fir-rigward tagħhom hemm raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali, li tillimita ruħha li tipprovdi li “ġew stabbiliti raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali” għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet għal żvilupp urban, awtorizzazzjonijiet ambjentali u awtorizzazzjonijiet uniċi relatati ma’ atti u x-xogħlijiet li hija telenka, u li “tirratifika” l-awtorizzazzjonijiet li fir-rigward tagħhom huwa pprovdut li “ġew stabbiliti raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali”?

    2)

    a)

    L-Artikoli 1, 5, 6, 7, 8 u 10a tad-Direttiva 85/337/KEE kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE (2) u d-Direttiva 2003/35/KE (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jipprojbixxu sistema legali li tipprovdi li d-dritt li jitwettaq proġett suġġett għall-istima ta’ effetti jiġi awtorizzat permezz ta’ att leġiżlattiv li kontra tiegħu ma jistax jiġi ppreżentat rikors, quddiem qorti jew quddiem kwalunkwe korp ieħor indipendenti u imparzjali stabbilit mil-liġi, intiż li jikkontesta, fuq il-mertu u fuq il-proċedura segwita, id-deċiżjoni li tawtorizza t-twettiq tal-proġett?

    b)

    L-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali konkluża fil-25 ta’ Ġunju 1998 u approvata, f’isem il-Komunità Ewropea, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas-17 ta’ Frar 2005 (4), għandu jiġi interpretat fis-sens li jimponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jipprovdu għall-possibbiltà li jkun jista’ jiġi ppreżentat rikors, quddiem qorti jew kwalunke korp ieħor indipendenti u imparzjali stabbilit mil-liġi, sabiex tiġi kkontestata l-legalità, fuq kull kwistjoni ta’ mertu jew ta’ proċedura li taqa’ kemm taħt is-sistema sostantiva kif ukoll taħt is-sistema proċedurali ta’ awtorizzazzjoni ta’ proġetti suġġetti għall-istima tal-effetti, ta’ deċiżjonijiet, ta’ atti jew omissjonijiet li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 6?

    c)

    Fir-rigward tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, konkluża fil-25 ta’ Ġunju 1998 u approvata, f’isem il-Komunità Ewropea, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas-17 ta’ Frar 2005, l-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337/KEE kif emendat bid-Direttiva 2003/35/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jimponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jipprovdu l-possibbiltà li jkun jista’ jiġi ppreżentat rikors, quddiem qorti jew kwalunke korp ieħor indipendenti u imparzjali stabbilit mil-liġi, sabiex tiġi kkontestata l-legalità ta’ deċiżjonijiet, ta’ atti jew ommissjonijiet fuq kull kwistjoni ta’ mertu jew ta’ proċedura li taqa’ kemm taħt is-sistema sostantiva kif ukoll taħt is-sistema proċedurali ta’ awtorizzazzjoni ta’ proġetti suġġetti għall-istima tal-effetti?


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1985 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 175, p. 40).

    (2)  Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE tat-3 ta’ Marzu 1997 li temenda d-Direttiva 85/337/KEE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 73, p. 5).

    (3)  Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja — Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni (ĠU L 156, p. 17).

    (4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas-17 ta’ Frar 2005 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (ĠU L 124, p. 1)


    Top