EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0128

Kawża C-128/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fis- 6 ta’ April 2009 — Antoine Boxus, Willy Roua vs Région wallonne

ĠU C 153, 4.7.2009, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 153/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fis-6 ta’ April 2009 — Antoine Boxus, Willy Roua vs Région wallonne

(Kawża C-128/09)

2009/C 153/35

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Antoine Boxus, Willy Roua

Konvenut: Région wallonne

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 1(5) tad-Direttiva 85/337/KEE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (1) jista’ jiġi interpretat bħala li jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu leġiżlazzjoni — bħad-digriet tar-Reġjun tal-Vallonja tas-17 ta’ Lulju 2008 dwar ċerti permessi li għalihom jeżistu raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali — li tillimita ruħha sabiex tipprovdi li “hemm raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali” għall-għoti ta’ permessi ta’ żvilupp urban, permessi ambjentali u permessi uniċi relattivi għall-atti u xogħlijiet elenkati fiha u li “tapprova” permessi li għalihom huwa ddikjarat li “hemm raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali” ?

2)

a)

L-Artikoli 1, 5, 6, 7, 8 u 10a tad-Direttiva 85/337/KEE kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill Nru 97/11/KE (2) u d-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropea u tal-Kunsill (3) jipprekludu sistema legali fejn id-dritt li jsir proġett soġġett għal stima tal-effetti fuq l-ambjent jingħata permezz ta’ att leġiżlattiv li kontrih ma jista’ jsir l-ebda appell quddiem qorti jew korp ieħor indipendenti u imparzjali stabbilit bil-liġi li jippermetti li tiġi kkontestata, kemm fuq il-livell sostantiv kif ukoll fuq dak proċedurali, id-deċiżjoni li tagħti d-dritt għall-implementazzjoni tal-proġett ?

b)

L-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, konkluża fil-25 ta’ Ġunju 1998 u approvata mill-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas-17 ta’ Frar 2005 (4), għandu jiġi interpretat li jimponi fuq l-Istati Membri li jipprovdu għall-possibbiltà ta’ appell quddiem qorti jew korp ieħor indipendenti u imparzjali stabbilit bil-liġi sabiex tkun tista’ tiġi kkontestata l-legalità, fir-rigward ta’ kull kwistjoni sostantiva jew proċedurali relatata mar-regoli sostantivi kif ukoll proċedurali li jirregolaw l-awtorizzazzjoni ta’ proġetti suġġetti għal stima tal-effetti fuq l-ambjent, tad-deċiżjonijiet, tal-atti jew ommissjonijiet suġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 ?

c)

Fid-dawl tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, konkluża fil-25 ta’ Ġunju 1998 u approvata mill-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas-17 ta’ Frar 2005, l-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337/KEE kif emendata bid-Direttiva 2003/35/KE, għandu jiġi interpretat bħala li jimponi fuq l-Istati Membri li jipprovdu għall-possibbiltà ta’ appell quddiem qorti jew korp ieħor indipendenti u imparzjali stabbilit bil-liġi sabiex tkun tista’ tiġi kkontestata l-legalità tad-deċiżjonijiet, tal-atti jew ommissjonijiet fir-rigward ta’ kull kwistjoni sostantiva jew proċedurali relatata mar-regoli sostantivi kif ukoll proċedurali li jirregolaw l-awtorizzazzjoni tal-proġetti suġġetti għal stima tal-effetti fuq l-ambjent?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1985 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 175, p. 40).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE tat-3 ta’ Marzu 1997 li temenda d-Direttiva 85/337/KEE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 73, p. 5).

(3)  Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja — Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni (ĠU L 156, p. 17).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas-17 ta’ Frar 2005 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (ĠU L 124, p. 1).


Top