Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0069

    Kawża C-69/09 P: Appell ippreżentat fl- 14 ta' Frar 2009 minn Makhteshim-Agan Holding BV, Makhteshim-Agan Italia Srl, Magan Italia Srl, mid-digriet mogħti mill-Qorti tal-Prim'Istanza (Is-Sitt Awla) fis- 26 ta' Novembru 2008 fil-Kawża T-393/06, Makhteshim-Agan Holding BV et vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 82, 4.4.2009, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.4.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 82/22


    Appell ippreżentat fl-14 ta' Frar 2009 minn Makhteshim-Agan Holding BV, Makhteshim-Agan Italia Srl, Magan Italia Srl, mid-digriet mogħti mill-Qorti tal-Prim'Istanza (Is-Sitt Awla) fis-26 ta' Novembru 2008 fil-Kawża T-393/06, Makhteshim-Agan Holding BV et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża C-69/09 P)

    (2009/C 82/39)

    Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

    Partijiet

    Appellanti: Makhteshim-Agan Holding BV, Makhteshim-Agan Italia Srl, Magan Italia Srl (rappreżentanti: K. Van Maldegem, C. Mereu, avukati)

    Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    Talbiet tal-appellanti

    tirrevoka d-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza fil-Kawża T-393/06 u tiddikjara r-rikors għal annullament tal-appellanti ammissibbli; u

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata; jew

    sussidjarjament, tirrinvija l-kawża lill-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex tiddeċiedi dwar ir-rikors għal annullament tal-appellanti; u

    tordna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż kollha ta' dawn il-proċeduri (inklużi l-ispejjeż quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza).

    Aggravji u argumenti prinċipali

    L-appellanti jissottomettu li l-Qorti tal-Prim'Istanza wettqet żball ta' liġi meta ċaħdet ir-rikors tagħhom għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea ddikjarata f'ittra tat-12 ta' Ottubru 2006, li ma tippreżentax proposta għall-inklużjoni tas-sustanza attiva azinphos-methyl fl-Anness 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), tal-15 ta' Lulju 1991, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (iktar 'il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”).

    B'mod partikolari, l-appellanti jsostnu li l-Qorti tal-Prim'Istanza wettqet żball ta' liġi meta ċaħdet ir-rikors għar-raġuni ta' inammissibbiltà. Hija sostniet, b'mod żbaljat, li d-deċiżjoni kkontestata ma kinitx att li jista' jiġi kkontestat skont l-Artikolu 230 tat-Trattat KE.


    (1)  ĠU L 230, p. 1.


    Top