Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0548

    Kawża C-548/09 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas- 16 ta’ Novembru 2011 — Bank Melli Iran vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Ir-Repubblika Franċiża, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda fil-konfront tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran sabiex titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar tal-fondi ta’ bank — Nuqqas ta’ notifika tad-deċiżjoni — Bażi legali — Drittijiet tad-difiża)

    ĠU C 25, 28.1.2012, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.1.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 25/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Novembru 2011 — Bank Melli Iran vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Ir-Repubblika Franċiża, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-548/09 P) (1)

    (Appell - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fil-konfront tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran sabiex titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar tal-fondi ta’ bank - Nuqqas ta’ notifika tad-deċiżjoni - Bażi legali - Drittijiet tad-difiża)

    (2012/C 25/09)

    Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

    Partijiet

    Appellant: Bank Melli Iran (rappreżentant: L. Defalque, avukat)

    Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u R. Szostak, aġenti), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. Belliard, G. de Bergues, L. Butel u E. Ranaivoson, aġenti), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, (rappreżentanti: S. Hathaway, aġent, D. Beard, barrister), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert u M. Konstantinidis, aġenti)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Ottubru 2009, Bank Melli vs Il-Kunsill (T-390/08), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors ippreżentat mill-appellant intiż għall-annullament tal-punt 4 tat-Tabella B tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/475/KE, tat-23 ta’ Ġunju 2008, li timplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 163, p. 29) sa fejn jikkonċerna lill-Bank Melli Iran u lill-fergħat tiegħu — Nuqqas ta’ notifika individwali tad-deċiżjoni msemmija — Ksur ta’ forom proċedurali sostanzjali — Nuqqas ta’ bażi legali għad-deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi meħuda kontra l-appellant — Nuqqas ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża u tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tad-dritt għal proprjetà

    Dispożittiv

    (1)

    L-appell huwa miċħud.

    (2)

    Il-Bank Melli Iran huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 80, 27.03.2010.


    Top