EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0302(01)

Kawża C-302/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas- 6 ta’ Ottubru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna mogħtija favur l-impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Venezja u ta’ Chioggia — Tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali — Irkupru)

ĠU C 347, 26.11.2011, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-302/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija favur l-impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Venezja u ta’ Chioggia - Tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali - Irkupru)

2011/C 347/03

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u E. Righini, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent u G. Aiello, avvocato dello Stato)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikoli 2, 5 u 6 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/394/KE, tal-25 ta’ Novembru 1999, dwar il-miżuri ta’ għajnuna favur l-impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Venezja u ta’ Chioggia, previsti mil-liġijiet Nru 30/1997 u Nru 206/1995 li jistabbilixxu tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (notifikata bin-numru C(1999) 4268), (ĠU L 150, p. 50).

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottatx, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex tirkupra mingħand il-benefiċjarji l-għajnuna mogħtija abbażi tas-sistema ta’ għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq komuni bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/394/KE, tal-25 ta’ Novembru 1999, dwar il-miżuri ta’ għajnuna favur l-impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Venezja u ta’ Chioggia, previsti mil-liġijiet Nru 30/1997 u Nru 206/1995 li jistabbilixxu tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 5 ta’ din id-deċiżjoni.

(2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 256, 24.10.2009.


Top