EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TB0186

Kawża T-186/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas- 7 ta’ Settembru 2009 — LPN vs Il-Kummissjoni ( Rikors għal annullament u għad-danni — Ambjent — Direttiva 92/43/KEE — Għeluq ta’ ilment — Nuqqas ta’ ftuħ ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Aċċess għal dokumenti — Regolament KE 1049/2001 — Manifestament inammissibbli — M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni )

ĠU C 267, 7.11.2009, p. 64–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 267/64


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-7 ta’ Settembru 2009 — LPN vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-186/08) (1)

(“Rikors għal annullament u għad-danni - Ambjent - Direttiva 92/43/KEE - Għeluq ta’ ilment - Nuqqas ta’ ftuħ ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Aċċess għal dokumenti - Regolament KE 1049/2001 - Manifestament inammissibbli - M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

2009/C 267/116

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Liga para a Protecção da Natureza (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentant: P. Vinagre e Silva, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u D. Recchia, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, T. Moreira u A. de Oliveira Mendonça, aġenti, assistiti minn D. Abecasis u A. Marques, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-28 ta’ Frar 2008, kif imsemmija fl-ittra tal-Kummissjoni tat-3 ta’ April 2008, indirizzata lir-rikorrenti bir-riferiment ENV.A.2/MAS/mm/D (2008) 5542, li permezz tagħha hija ddikjarat l-intenzjoni tagħha li tagħlaq l-ilment tagħha dwar l-allegata inkompatibbiltà tal-proġett ta’ bini ta’ diga fuq ix-xmara Sabor (il-Portugall) mad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, p. 7) (ilment Nru 2003/4523 — proġett ta’ diga ta’ “Baixo Sabor”) u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni allegatament impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti l-aċċess għal ċerti dokumenti, u talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

M’għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors inkwantu jitlob l-annullament ta’ deċiżjoni allegatament impliċita ta’ rifjut ta’ aċċess għal dokumenti skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

3)

Il-Liga para a Protecção da Natureza (LPN) għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.

4)

Ir-Repubblika Portugiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 183, 19.7.2008.


Top