Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CB0498

    Kawża C-498/08 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad- 9 ta’ Lulju 2009 — Fornaci Laterizi Danesi SpA vs Il-Kummissjoni tal-Komunatijiet Ewropej (Appell — Rikors għal annullament — Terminu għal preżentata ta’ rikors — Punt ta’ tluq — Inammissibbiltà minħabba tardività — Appell manifestament infondat)

    ĠU C 267, 7.11.2009, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.11.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 267/23


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Lulju 2009 — Fornaci Laterizi Danesi SpA vs Il-Kummissjoni tal-Komunatijiet Ewropej

    (Kawża C-498/08 P) (1)

    (Appell - Rikors għal annullament - Terminu għal preżentata ta’ rikors - Punt ta’ tluq - Inammissibbiltà minħabba tardività - Appell manifestament infondat)

    2009/C 267/40

    Lingwa tal-kawża: It-Taljan

    Partijiet

    Appellanti: Fornaci Laterizi Danesi SpA (rappreżentant: M. Salvi, avukat)

    Il-parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunatijiet Ewropej (rappreżentanti: C. Zadra u D. Recchia, aġenti)

    Suġġett

    Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Settembru 2008, Fornaci Laterizi Danesi vs Il-Kummissjoni (T-224/08) — li permezz tiegħu l- Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala inammissibbli talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/25/KEE, tat-13 ta’ Novembru 2007, li tadotta, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, l-ewwel elenku aġġornat ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Kontinentali (ĠU L 12, p. 383) safejn hija inkluża fl-imsemmi elenku, taħt ir-referenza IT20A0018, art li hija proprjetà tar-rikorrenti.

    Dispożittiv

    1)

    L-appell huwa miċħud.

    2)

    Fornaci Laterizi Danesi SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  GU C 69, 21.03.2009.


    Top