Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0571

    Kawża C-571/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 24 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana ( “Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 95/59/KE — Taxxi li mhumiex taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ li jaffettwaw il-konsum ta’ tabakk manifatturat — Artikolu 9(1) — Libertà li l-manifatturi u l-importaturi jstabbilixxu l-prezzijiet massimi ta’ bejgħ bl-imnut tas-sigaretti — Ġustifikazzjoni — Ħarsien tas-saħħa pubblika” )

    ĠU C 221, 14.8.2010, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.8.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 221/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

    (Kawża C-571/08) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 95/59/KE - Taxxi li mhumiex taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ li jaffettwaw il-konsum ta’ tabakk manifatturat - Artikolu 9(1) - Libertà li l-manifatturi u l-importaturi jstabbilixxu l-prezzijiet massimi ta’ bejgħ bl-imnut tas-sigaretti - Ġustifikazzjoni - Ħarsien tas-saħħa pubblika)

    2010/C 221/11

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls u L. Pignataro, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Bruni, sussegwentement G. Palmieri, aġenti u F. Arena, avvocato dello Stato)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 95/59/KE, tas-27 ta’ Novembru 1995, dwar taxxi li mhumiex taxxi fuq il-qliegħ li jaffettwaw il-konsum ta’ tabakk manifatturat (ĠU Edizzjoni Speciali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 283) — Iffissar ta’ prezzijiet minimi — Omologazzjoni tal-prezzijiet

    Dispożittiv

    (1)

    Billi ma pprovdietx prezz minimu ta’ bejgħ għas-sigaretti, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 95/59/KE, tas-27 ta’ Novembru 1995, dwar taxxi li mhumiex taxxi fuq il-qliegħ li jaffettwaw il-konsum ta’ tabakk manifatturat, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2002/10/KE, tat-12 ta’ Frar 2002.

    (2)

    Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 55, 07.03.2009


    Top