Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0555

    Kawża C-555/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal- 4 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Iżvezja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2005/56/KE — Mergers transkonfinali ta’ kumpanniji ta’ responsabbiltà limitata — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

    ĠU C 180, 1.8.2009, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.8.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 180/24


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Iżvezja

    (Kawża C-555/08) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2005/56/KE - Mergers transkonfinali ta’ kumpanniji ta’ responsabbiltà limitata - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

    2009/C 180/40

    Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Dejmek u K. Nyberg, aġenti)

    Konvenut: Ir-Renju tal-Iżvezja (rappreżentanti: A. Falk u A. Engman, aġenti)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/56/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar mergers transkonfinali ta’ kumpanniji ta’ responsabbiltà limitata (ĠU L 310, p. 1) — Impriżi finanzjarji li jeħtieġu l-awtorizzazzjoni ta’ organu pubbliku, b’mod partikolari l-banek u l-kumpanniji tal-assigurazzjoni.

    Dispożittiv

    1)

    Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/56/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar mergers transkonfinali ta’ kumpanniji ta’ responsabbiltà limitata, għal dak li jikkonċerna l-istabbilimenti finanzjarji li jeħtieġu awtorizzazzjoni minn awtorità pubblika, b’mod partikolari ċerti banek u kumpanniji tal-assigurazzjoni, ir-Renju tal-Iżvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

    2)

    Ir-Renju tal-Iżvezja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 32, 7.2.2009.


    Top