Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0439

Kawża C-439/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas- 7 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Brussel — il-Belġju) — Vlaamse federatie van verenigingen van Brood- en Banketbakkers, Ijsbereiders en Chocoladebewerkers “VEBIC” VZW vs Raad voor de Mededinging, Minister van Economie (Politika tal-kompetizzjoni — Proċeduri nazzjonali — Intervent tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni nazzjonali fil-proċeduri ġudizzjarji — Awtorità tal-kompetizzjoni nazzjonali ta’ natura mħallta li għandha natura ġudizzjarja u amministrattiva — Appell mid-deċiżjoni ta’ tali awtorità — Regolament (KE) Nru 1/2003)

ĠU C 55, 19.2.2011, pp. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-7 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Brussel — il-Belġju) — Vlaamse federatie van verenigingen van Brood- en Banketbakkers, Ijsbereiders en Chocoladebewerkers “VEBIC” VZW vs Raad voor de Mededinging, Minister van Economie

(Kawża C-439/08) (1)

(Politika tal-kompetizzjoni - Proċeduri nazzjonali - Intervent tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni nazzjonali fil-proċeduri ġudizzjarji - Awtorità tal-kompetizzjoni nazzjonali ta’ natura mħallta li għandha natura ġudizzjarja u amministrattiva - Appell mid-deċiżjoni ta’ tali awtorità - Regolament (KE) Nru 1/2003)

2011/C 55/03

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: VZW Vlaamse federatie van verenigingen van Brood- en Banketbakkers, Ijsbereiders en Chocoladebewerkers “VEBIC” VZW

Konvenut: Raad voor de Mededinging, Minister van Economie

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hof van beroep te Brussel — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2, 5, 15(1) u 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implementazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205) — Sottomissjoni mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni nazzjonali ta’ osservazzjonijiet bil-miktub u ta’ motivi ta’ fatt u ta’ liġi fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ appell imressqa kontra d-deċiżjoni tagħhom — Pluralità ta’ awtoritajiet fi Stat Membru

Dispożittiv

L-Artikolu 35 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 Diċembru 2002, fuq l-implementazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tagħtix l-opportunità lil awtorità tal-kompetizzjoni nazzjonali tipparteċipa, bħala konvenuta, fi proċeduri ġudizzjarji mressqa kontra d-deċiżjoni li tagħha din l-awtorità hija l-awtur. Huma l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni nazzjonali li għandhom iqisu l-ħtieġa u l-utilità tal-intervent tagħhom fid-dawl tal-applikazzjoni effettiva tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni. Madankollu, in-nuqqas ta’ preżenza sistematika tal-awtorità tal-kompetizzjoni nazzjonali f’tali proċeduri ġudizzjarji jikkomprometti l-effett utli tal-Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE.

Fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni, l-Istati Membri jibqgħu kompetenti, skont il-prinċipju tal-awtonomija proċedurali, biex jaħtru l-korp jew il-korpi li jaqaw taħt l-awtorità tal-kompetizzjoni nazzjonali li għandhom l opportunità jipparteċipaw, bħala konvenuti, fi proċeduri quddiem qorti nazzjonali mressqa kontra d-deċiżjoni li tagħha din l-awtorità hija l-awtur, filwaqt li jiġu ggarantiti r-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-effettività sħiħa tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni.


(1)  ĠU C 313, 06.12.2008.


Top