Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0390

    Kawża C-390/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal- 14 ta’ Mejju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Deċiżjoni Nru 280/2004/KE — Implementazzjoni tal-Protokoll ta’ Kyoto — Miżuri nazzjonali intiżi sabiex jillimitaw u/jew inaqqsu l-emissjonijiet ta’ gass serra — Nuqqas ta’ komunikazzjoni tal-informazzjoni rikjesta)

    ĠU C 153, 4.7.2009, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.7.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 153/16


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-14 ta’ Mejju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

    (Kawża C-390/08) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Deċiżjoni Nru 280/2004/KE - Implementazzjoni tal-Protokoll ta’ Kyoto - Miżuri nazzjonali intiżi sabiex jillimitaw u/jew inaqqsu l-emissjonijiet ta’ gass serra - Nuqqas ta’ komunikazzjoni tal-informazzjoni rikjesta)

    2009/C 153/32

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: U. Wölker u J.-P. Keppenne, aġenti)

    Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentant: C. Schiltz, aġent)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jikkomunika, fit-terminu previst, l-informazzjoni rikjesta skont l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-moniteraġġ [ta]l-emissjonijiet ta’ gass serra tal-Komunità u biex jiġi implimentat il-Protokoll ta’ Kyoto (ĠU L 49, p. 1.), moqri flimkien mal-Artikoli 8, 9, 10 u 11 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 166/2005/KE, tal-10 ta’ Frar 2005, li tistabbilixxi r-regoli ta’ implementazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 55, p. 57) — Informazzjoni dwar miri nazzjonali li jirrigwardaw l-emissjonijiet ta’ gass serra u miżuri adottati sabiex jillimitaw u/jew inaqqsu tali emissjonijiet

    Dispożittiv

    1)

    Billi ma pprovdiex l-informazzjoni rikjesta għall-15 ta’ Marzu 2007, skont l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-moniteraġġ [ta]l-emissjonijiet ta’ gass serra tal-Komunità u biex jiġi implimentat il-Protokoll ta’ Kyoto, moqri flimkien mal-Artikoli 8 sa 11 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2005/166/KE tal-10 ta’ Frar 2005 li tistabbilixxi r-regoli ta’ implementazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-imsemmija dispożizzjonijiet.

    2)

    Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 285, 8.11.2008


    Top