Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0313

    Kawża C-313/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad- 19 ta’ Mejju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta’ Stat li jwettq obbligu — Direttiva 2003/58/KE — Dritt tal-kumpanniji — Atti u indikazzjonijiet li għandhom jiġu żvelati — Ittri u formoli tal-ordnijiet — Penali — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

    ĠU C 153, 4.7.2009, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.7.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 153/15


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Mejju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

    (Kawża C-313/08) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettq obbligu - Direttiva 2003/58/KE - Dritt tal-kumpanniji - Atti u indikazzjonijiet li għandhom jiġu żvelati - Ittri u formoli tal-ordnijiet - Penali - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

    2009/C 153/29

    Lingwa tal-kawża: It-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Vesco u P. Dejmek, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Bruni, aġent, G. Fiengo, avvocato dello Stato)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikolu 1(4), (5) u (6) tad-Direttiva 2003/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE, rigward ir-rekwiżiti ta’ żvelar fir-rigward ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji (ĠU L 221, p. 13).

    Dispożittiv

    1)

    Billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji, fit-terminu previst, sabiex tikkonforma ruħha mal-Artikolu 1(4) sa (6) tad-Direttiva 2003/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE, rigward ir-rekwiżiti ta’ żvelar fir-rigward ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

    2)

    Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 223, 30.8.2008


    Top