Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0253

    Kawża C-253/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad- 19 ta’ Mejju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2006/22/KE — Approssimazzjoni tal-liġijiet — Leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

    ĠU C 153, 4.7.2009, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.7.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 153/14


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Mejju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

    (Kawża C-253/08) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/22/KE - Approssimazzjoni tal-liġijiet - Leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

    2009/C 153/26

    Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: N. Yerrell u M. Teles Romão, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u F. Fraústo de Azevedo, aġenti)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (ĠU L 102, p. 35).

    Dispożittiv

    1)

    Billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva 2006/22.

    2)

    Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 223, 30.8.2008


    Top