This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CA0224
Case C-224/08: Judgment of the Court (Eighth Chamber) of 10 February 2009 — Commission of the European Communities v French Republic (Failure of a Member State to fulfil obligations — Directive 2006/100/EC — Failure to transpose within the period prescribed)
Kawża C-224/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal- 10 ta' Frar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2006/100/KE — Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)
Kawża C-224/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal- 10 ta' Frar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2006/100/KE — Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)
ĠU C 82, 4.4.2009, p. 7–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 82/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta' Frar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-224/08) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/100/KE - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)
(2009/C 82/13)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: C. Huvelin, V. Peere u H. Støvlbæk, aġenti]
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża [rappreżentanti: G. de Bergues u B. Messmer, aġenti]
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE tal-20 ta' Novembru 2006 li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-moviment liberu tal-persuni, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija [traduzzjoni mhux uffiċjali] (ĠU L 363, p. 141)
Dispożittiv
1) |
Billi m'adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE tal-20 ta' Novembru 2006, li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-moviment liberu tal-persuni, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 2 ta' din id-direttiva. |
2) |
Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż. |