EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0170

Kawża C-170/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal- 11 ta’ Gunju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-College van Beroep voor het Bedrijfsleven — L-Olanda) — H.J. Nijemeisland vs Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit ( Politika agrikola komuni — Laħam taċ-ċanga u tal-vitella — Regolament (KE) Nru 795/2004 — Artikolu 3a — Sistema integrata tal- amministrazzjoni u kontroll ta’ ċerti skemi ta’ għajnuna — Pagament uniku — Iffissar tal-ammont ta’ referenza — Tnaqqis u esklużjonijiet )

ĠU C 180, 1.8.2009, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 180/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Gunju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-College van Beroep voor het Bedrijfsleven — L-Olanda) — H.J. Nijemeisland vs Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit

(Kawża C-170/08) (1)

(“Politika agrikola komuni - Laħam taċ-ċanga u tal-vitella - Regolament (KE) Nru 795/2004 - Artikolu 3a - Sistema integrata tal- amministrazzjoni u kontroll ta’ ċerti skemi ta’ għajnuna - Pagament uniku - Iffissar tal-ammont ta’ referenza - Tnaqqis u esklużjonijiet”)

2009/C 180/30

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

College van Beroep voor het Bedrijfsleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: H.J. Nijemeisland

Konvenuti: Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — College van Beroep voor het Bedrijfsleven –Interpretazzjoni tal-Artikolu 3a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) tal-21 ta’ April 2004, Nru 795/2004, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ ħlas waħdieni li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal sistemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa (ĠU L 141, p. 1) u tal-Artikolu 2(r) u (s) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2419/2001, tal-11 ta’ Diċembru tal-2001, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-amministrazzjoni integrata u s-sistema ta’ kontroll għal ċerti skemi ta’ għajnuna tal-Komunità permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3508/92 (ĠU L 327, p. 11) — Sistema integrata tal-amministrazzjoni u kontroll relatata ma’ ċerti skemi ta’ għajnuna — Skema ta’ pagament uniku — Iffissar tal-ammont ta’ referenza — Tnaqqis u esklużjonijiet.

Dispożittiv

L-Artikolu 3a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2004, tal-21 ta’ April 2004, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ ħlas waħdieni li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal sistemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/2004 tad-29 ta’ Ottubru 2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tnaqqis u l-esklużjonijiet ibbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999, dwar l-oganizzazzjoni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella m’għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kalkolu previst fl-Artikolu 37(1) tar-Regolament Nru 1782/2003.


(1)  ĠU C 197, 2.8.2008


Top