This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CA0016
Case C-16/08: Judgment of the Court (Sixth Chamber) of 11 June 2009 (Reference for a preliminary ruling from the Administratīvā apgabaltiesa — Republic of Latvia) — Schenker SIA v Valsts ieņēmumu dienests (Common Customs Tariff — Tariff classification — Combined Nomenclature — Active matrix liquid crystal devices)
Kawża C-16/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal- 11 ta’ Ġunju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administratīvā apgabaltiesa — ir-Repubblika tal-Latvja) — Schenker SIA vs Valsts ieņēmumu dienests (Tariffa Doganali Komuni — Klassifika tat-tariffi — Nomenklatura magħquda — Apparat ta’ matriċi attiva ta’ kristall likwidu)
Kawża C-16/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal- 11 ta’ Ġunju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administratīvā apgabaltiesa — ir-Repubblika tal-Latvja) — Schenker SIA vs Valsts ieņēmumu dienests (Tariffa Doganali Komuni — Klassifika tat-tariffi — Nomenklatura magħquda — Apparat ta’ matriċi attiva ta’ kristall likwidu)
ĠU C 180, 1.8.2009, p. 13–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 180/13 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administratīvā apgabaltiesa — ir-Repubblika tal-Latvja) — Schenker SIA vs Valsts ieņēmumu dienests
(Kawża C-16/08) (1)
(Tariffa Doganali Komuni - Klassifika tat-tariffi - Nomenklatura magħquda - Apparat ta’ matriċi attiva ta’ kristall likwidu)
2009/C 180/21
Lingwa tal-kawża: Il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Administratīvā apgabaltiesa.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Schenker SIA
Konvenuta: Valsts ieņēmumu dienests
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Administratīvā apgabaltiesa — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, p. 1) — Apparat ta’ matriċi attiva ta’ kristall likwidu (LCD) — Klassifikazzjoni fl-intestatura 8528 21 90 jew 9013 80 20 tan-nomenklatura magħquda — Oġġett li jippreżenta jew le l-karatteristiċi essenzjali ta’ prodott komplut jew mitmum.
Dispożittiv
Is-subintestatura 8528 21 90 tan-Nomenklatura Magħquda li tikkostitwixxi l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1789/2003, tal-11 ta’ Settembru 2003, għandha tiġi interpretata fis-sens li, fid-29 ta’ Diċembru 2004, l-imsemmija subintestatura ma kinitx tapplika għall-apparat ta’ matriċi attiva ta’ kristall likwidu (LCD) li huwa kompost prinċipalment mill-elementi li ġejjin:
— |
żewġ folji tal-ħġieġ; |
— |
saff ta’ kristalli likwidi mdaħħla bejn il-folji; |
— |
signal drivers vertikali u orizzontali; |
— |
unità ta’ dawl minn wara l-iskrin; |
— |
power supply li jiġġenera vultaġġ għoli għall-unità ta’ dawl minn wara l-iskrin, u |
— |
ċentru ta’ kontroll — interface ta’ trażmissjoni ta’ data (PCB jew PWB tal-kontroll) li jassigura t-trażmissjoni sekwenzjali tad-data lil kull pixel (punt) tal-modulu LCD permezz ta’ teknoloġija speċifika — LVDS (sinjal differenzjali b’vultaġġ baxx). |