EUR-Lex Acces la dreptul Uniunii Europene

Înapoi la prima pagină EUR-Lex

Acest document este un extras de pe site-ul EUR-Lex

Document 62007TB0408

Kawża T-408/07: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 4 ta' Frar 2010 — Crunch Fitness International vs UASI — ILG (CRUNCH) ( Trade mark Komunitarja — Revoka — Irtirar tal-applikazzjoni għal revoka — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni )

ĠU C 100, 17.4.2010, p. 39-39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/39


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta' Frar 2010 — Crunch Fitness International vs UASI — ILG (CRUNCH)

(Kawża T-408/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Revoka - Irtirar tal-applikazzjoni għal revoka - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

2010/C 100/61

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Crunch Fitness International, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: iniżjalment minn J. Barry, solicitor, sussegwentement minn H. Johnson, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: S. Laitinen u D. Botis, aġenti)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: ILG Ltd (Dun Laoghaire, l-Irlanda) (rappreżentant: A. von Mühlendahl, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI tat-30 ta’ Awwissu 2007 (Każ R 1168/2005-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn ILG Ltd u Crunch Fitness International, Inc.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

(2)

Ir-rikorrenti u l-intervenjenti għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom, kif ukoll, kull waħda għandha tbati nofs l-ispejjeż sostnuti mill-konvenut.


(1)  ĠU C 8, 12.01.2008.


Sus