EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0405

Kawżi magħquda T-405/07 u T-406/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal- 20 ta’ Mejju 2009 — CFCMCEE vs UASI (P@YWEB CARD u PAYWEB CARD) ( Trade mark Komunitarja — Applikazzjonijiet għat-trade marks Komunitarji verbali P@YWEB/email CARD u PAYWEB CARD — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas parzjali ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 )

ĠU C 153, 4.7.2009, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 153/37


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-20 ta’ Mejju 2009 — CFCMCEE vs UASI (P@YWEB CARD u PAYWEB CARD)

(Kawżi magħquda T-405/07 u T-406/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjonijiet għat-trade marks Komunitarji verbali P@YWEB/email CARD u PAYWEB CARD - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas parzjali ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”)

2009/C 153/70

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Caisse fédérale du Crédit mutuel Centre Est Europe (CFCMCEE) (Strasbourg, Franza) (rappreżentanti: P. Greffe, J. Schouman u L. Paudrat, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Suġġett

Rikorsi ppreżentati, rispettivament, kontra d-deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-10 ta’ Lulju 2007 (Każ R 119/2007-1) u tat-12 ta’ Settembru 2007 (Każ R 120/2007-1) dwar applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tas-sinjali verbali P@YWEB CARD u PAYWEB CARD bħala trade marks Komunitarji.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-10 ta’ Lulju 2007 (Każ R 119/2007 1) u tat-12 ta’ Settembru 2007 (Każ R 120/2007 1) huma annullati sa fejn jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni bħala trade marks Komunitarji tas-sinjali verbali P@YWEB CARD u PAYWEB CARD għal apparat u strumenti fotografiċi, ċinematografiċi, tas-sinjali, ta’ kontroll (spezzjoni), apparat għar-reġistrazzjoni, it-trażmissjoni, ir-riproduzzjoni ta’ ħsejjes jew ta’ stampi; diski għar-reġistrazzjoni, aġendi elettroniċi, distributuri awtomatiċi, tejps tal-vidjo (video tapes), magni li jagħtu l-flus, il-biljetti, id-dikjarazzjonijiet ta’ kontijiet, l-estratti ta’ kontijiet, kameras (apparat ċinematografiku), vidjo-kameras, kassetts vidjo, CD-ROMs, magni li jaqraw il-kowds ta’ linji (bar codes), diski kompatti (awdjo vidjo), diski ottiċi kompatti, detekters tal-flus foloz, disks flessibbli (floppy disks), tagħmir li jġorr id-data b’mod manjetiku, tagħmir li jġorr id-data b’mod ottiku, skrins tal-vidjo, apparat għall-ipproċessar tal-informazzjoni, apparat ta’ interkomunikazzjoni, interfaces (informatiċi), scanners (informatiċi), software (programmi reġistrati), monitors (programmi tal-kompjuter), kompjuters, tagħmir periferiku għall-kompjuter, programmi tal-kompjuter irreġistrati, programmi tas-sistemi operattivi rreġistrati (għal kompjuters), apparat radjotelefoniku, riċevituri (awdjo, vidjo), apparat telefoniku, apparat tat-televiżjoni, mekkaniżmi għall-ħlas bil-quddiem għal apparat tat-televiżjoni, apparat għar-reġistrazzjoni tal-ħin, trażmettituri (telekomunikazzjoni), unitajiet ċentrali ta’ trattament (proċessuri) li jaqgħu fil-klassi 9 kif ukoll għas-servizzi msejħa aġenziji ta’ informazzjoni (ġodda) b’mod partikoalri fil-qasam bankarju, komunikazzjonijiet radjofoniċi, komunikazzjonijiet telefoniċi, spedizzjoni ta’ messaġġi, trażmissjoni ta’ messaġġi, xandir ta’ programmi tat-televiżjoni, trażmissjonijiet radjofoniċi, trażmissjonijiet televiżivi, kiri ta’ apparat ta’ telekomunikazzjoni, kiri ta’ apparat għat-trażmissjoni ta’ messaġġi, kiri ta’ telefons, radjotelefonija mobbli, servizzi telefoniċi li jaqgħu fil-klassi 38 skont il-Ftehim ta’ Nizza dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif irrivedut u emendat.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Caisse fédérale du Crédit mutuel Centre Est Europe (CFCMCEE) u l-UASI għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 8, 12.1.2008.


Top