EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0162

Kawża T-162/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas- 16 ta’ Settembru 2009 — Pigasos Alieftiki Naftiki Etaireia vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni ( Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Unjoni doganali — Prova tal-oriġini Komunitarja tal-prodotti tas-sajd marittimu — Impossibbiltà li jiġu prodotti ċerti dokumenti bħala prova — Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi — Responsabbiltà tal-Komunità fin-nuqqas ta’ imġieba illegali tal-korpi tagħha )

ĠU C 267, 7.11.2009, p. 57–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 267/57


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-16 ta’ Settembru 2009 — Pigasos Alieftiki Naftiki Etaireia vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-162/07) (1)

(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Unjoni doganali - Prova tal-oriġini Komunitarja tal-prodotti tas-sajd marittimu - Impossibbiltà li jiġu prodotti ċerti dokumenti bħala prova - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Responsabbiltà tal-Komunità fin-nuqqas ta’ imġieba illegali tal-korpi tagħha”)

2009/C 267/98

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Pigasos Alieftiki Naftiki Etairia (Moschato, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Skandamis u E. Perakis, avukati)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Florindo Gijón u M.-M. Joséphidès, sussegwentement F. Florido Gijón u M. Balta, aġenti); u Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment E. Cujo, S. Schønberg u M. Konstantinidis, sussegwentement S. Schønberg u M. Patakia, aġenti)

Suġġett

Rikors għad-danni bil-għan li jitħallsu d-danni allegatament subiti mir-rikorrenti wara nuqqas min-naħa tal-Kunsill u tal-Kummissjoni li jadottaw id-dispożizzjonijiet li jippermettu lill-awtoritajiet doganali ta’ Stat Membru, li jaċċettaw bħala prova tal-oriġini Komunitarja ta’ prodotti tas-sajd marittimu dokumenti oħra minbarra l-formola T2M prevista mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Pigasos Alieftiki Naftiki Etaireia hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 155, 7.7.2007.


Top