Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0033

    Kawża T-33/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal- 11 ta’ Ġunju 2009 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni ( FAEGG — Taqsima Garanzija — Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju — Żejt taż-żebbuġa, qoton, passolina u frott taċ-ċitru — Nuqqas ta’ osservanza tat-termini ta’ ħlas — Terminu ta’ 24 xahar — Evalwazzjoni tal-infiq li għandu jiġi eskluż — Kontrolli importanti — Prinċipju ta’ proporzjonalità — Prinċipju ta’ ne bis in idem — Estrapolazzjoni tal-konstatazzjonijiet ta’ nuqqasijiet )

    ĠU C 180, 1.8.2009, p. 44–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.8.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 180/44


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-11 ta’ Ġunju 2009 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-33/07) (1)

    (“FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Żejt taż-żebbuġa, qoton, passolina u frott taċ-ċitru - Nuqqas ta’ osservanza tat-termini ta’ ħlas - Terminu ta’ 24 xahar - Evalwazzjoni tal-infiq li għandu jiġi eskluż - Kontrolli importanti - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Prinċipju ta’ ne bis in idem - Estrapolazzjoni tal-konstatazzjonijiet ta’ nuqqasijiet”)

    2009/C 180/81

    Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: I. Chalkias u G. Kanellopoulos, aġenti)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Tserepa-Lacombe, F. Jimeno Fernández, aġenti, assistiti minn N. Korogiannakis, avukat)

    Suġġett

    Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/932/KE, tal-14 ta’ Diċembru 2006, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu infiq magħmul mill-Istati Membri taħt it-Taqsima “Garanzija” tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) (ĠU L 355, p. 96), sa fejn din id-deċiżjoni tikkonċerna ċertu infiq magħmul mir-Repubblika Ellenika fis-setturi taż-żejt taż-żebbuġa, tal-qoton, tal-passolina, tal-frott taċ-ċitru u tal-kontroll finanzjarju.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 82, 14.4.2007.


    Top