EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0561

Kawża C-561/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla) tal- 11 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2001/23/KE — Trasferiment ta’ impriża — Salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għan-nuqqas ta’ applikazzjoni għat-trasferimenti ta’ impriżi f’ qagħda ta’ kriżi )

ĠU C 180, 1.8.2009, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 180/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-561/07) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2001/23/KE - Trasferiment ta’ impriża - Salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għan-nuqqas ta’ applikazzjoni għat-trasferimenti ta’ impriżi f’‘qagħda ta’ kriżi’)

2009/C 180/15

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Enegren u L. Pignataro, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: R. Adam, aġent, W. Ferrante, avvocato dello Stato)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU L 82, p. 16) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistipula n-non-applikazzjoni tal-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva għat-trasferimenti ta’ impriżi f’“qagħda ta’ kriżi”.

Dispożittiv

1)

Billi żammet fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 47 (5) u (6) tal-Liġi Nru 428 tad-29 ta’ Diċembru 1990, f’każ ta’ “kriżi tal-impriża” fis-sens tal-punt (c) tal-ħames paragrafu tal-Artikolu 2 tal-Liġi Nru 675 tat-12 ta’ Awwissu 1977, b’tali mod li d-drittijiet irrikonoxxuti lill-impjegati permezz tal-Artikolu 3(1), (3) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji, mhumiex iggarantiti fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriża li l-istat ta’ kriżi tagħha kien ġie ikkonstatat, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 64, 8.3.2008.


Top