Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0519

    Kawża C-519/07 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas- 17 ta’ Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Koninklijke FrieslandCampina NV, li qabel kienet Koninklijke Friesland Foods NV, li qabel kienet Friesland Coberco Dairy Foods Holding NV (Appell — Għajnuna mill-Istat — Skema fiskali ta’ għajnuna implementata mill-Olanda għall-attivitajiet ta’ finanzjament internazzjonali — Deċiżjoni Nru 2003/515/KE — Inkompatibbiltà mas-suq komuni — Dispożizzjoni tranżitorja — Ammissibbiltà — Interess ġuridiku — Prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Prinċipju ta’ trattament ugwali)

    ĠU C 267, 7.11.2009, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.11.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 267/13


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Koninklijke FrieslandCampina NV, li qabel kienet Koninklijke Friesland Foods NV, li qabel kienet Friesland Coberco Dairy Foods Holding NV

    (Kawża C-519/07 P) (1)

    (Appell - Għajnuna mill-Istat - Skema fiskali ta’ għajnuna implementata mill-Olanda għall-attivitajiet ta’ finanzjament internazzjonali - Deċiżjoni Nru 2003/515/KE - Inkompatibbiltà mas-suq komuni - Dispożizzjoni tranżitorja - Ammissibbiltà - Interess ġuridiku - Prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Prinċipju ta’ trattament ugwali)

    2009/C 267/22

    Lingwa tal-proċedura: L-Olandiż

    Partijiet

    Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. van Vliet u S. Noë, aġenti)

    Appellata: Koninklijke FrieslandCampina NV, li qabel kienet Koninklijke Friesland Foods NV, li qabel kienet Friesland Coberco Dairy Foods Holding NV (rappreżentanti E. Pijnacker Hordijk u W. Geursen, avukati)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Settembru 2007, Koninklijke Friesland Foods NV (li qabel kienet Friesland Coberco Dairy Foods Holding NV) vs Il-Kummissjoni (T-348/03) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza annullat l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/515/KE, tas-17 ta’ Frar 2003, dwar l-iskema ta’ għajnuna implementata mill-Olanda għall-attivitajiet ta’ finanzjament internazzjonali (ĠU L 180, p. 52), sa fejn dan jeskludi mill-iskema tranżitorja l-operaturi li, fid-data tal-11 ta’ Lulju 2001, kienu diġà ressqu quddiem l-amministrazzjoni fiskali Olandiża talba għall-applikazzjoni tal-iskema ta’ għajnuniet inkwistjoni li dwarha kienet għadha ma tteħditx deċiżjoni sa din l-istess data.

    Dispożittiv

    1)

    Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta’ Settembru 2007, Koninklijke Friesland Foods vs Il-Kummissjoni (T-348/03), hija annullata.

    2)

    Il-kawża hija rrinvijata quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej.

    3)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    (1)  ĠU C 37, 09.02.2008.


    Top