Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0398

    Kawża C-398/07 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas- 7 ta’ Mejju 2009 — Waterford Wedgwood plc vs Assembled Investments (Proprietary) Ltd, L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appelli — Trade Mark Komunitarja — Trade mark figurattiva WATERFORD STELLENBOSCH — Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja WATERFORD — Rifjut ta’ reġistrazzjoni mill-Bord tal-Appell)

    ĠU C 153, 4.7.2009, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.7.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 153/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Mejju 2009 — Waterford Wedgwood plc vs Assembled Investments (Proprietary) Ltd, L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    (Kawża C-398/07 P) (1)

    (Appelli - Trade Mark Komunitarja - Trade mark figurattiva WATERFORD STELLENBOSCH - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja WATERFORD - Rifjut ta’ reġistrazzjoni mill-Bord tal-Appell)

    2009/C 153/12

    Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

    Partijiet

    Appellanti: Waterford Wedgwood plc (rappreżentant: J. Pagenberg, Rechtsanwalt)

    Appellati: Assembled Investments (Proprietary) Ltd (rappreżentanti: P. Hagman, asianajaja u J. Palm, tavaramerkkiasiamies), L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

    Suġġett

    Appell imressaq mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2007, Assembled Investments (Proprietary) vs UASI u Waterford Wedgwood (T-105/05) li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza annullat id-deċiżjoni R 240/2004-1 tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ Diċembru 2004, li tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad l-oppożizzjoni magħmula mill-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja “WATERFORD” għal prodotti fil-klassijiet 3, 8, 11, 21, 23 u 34

    Dispożittiv

    1)

    L-appell huwa miċħud.

    2)

    Waterford Wedgwood plc hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 283, 24.11.2007


    Top